Tuesday, 3 November 2009

L-Orizzont: Malta ma’ tal-aħħar fid-drittijiet tal-LGBT

2.11.9 minn Gaetano Micallef

Mappa tal-Ewropa bil-pajjiżi u d-drittijiet legali li dawn jagħtu lill-‘gays’, transesswali u bisesswali tpoġġi lil Malta fost dawk tal-aħħar. Fil-fatt l-uniku dritt legali li Malta tagħti lil dawn in-nies huwa dak fil-qasam tal-impjiegi, fejn il-liġi Maltija tgħid li ma tistax issir diskriminazzjoni skont l-orjentazzjoni sesswali tal-individwu.


Mill-bqija l-Kostituzzjoni Maltija ma tgħid xejn dwar diskriminazzjoni skont l-orjentazzjoni sesswali tal-persuna, mhuwiex kontra l-liġi li tgħaddi rimarki ta’ mibegħda fil-konfront tal-omosesswali, mhumiex permessi jiżżewġu, m’għandhomx id-dritt li jgħixu flimkien, ma jistgħux jadottaw u fil-każ tan-nisa ma jistgħux jingħataw trattament mediku biex ikollhom it-tfal.

Dan irrikonixxieh ukoll l-Ispeaker tal-Parlament Louis Galea meta lbieraħ kien mistieden biex jindirizza konfe-renza ta’ erbat ijiem organizzata mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Lesbjani, Gays, Bisesswali u Transesswali (ILGA). Kienet l-ILGA li ħarġet bl-imsemmija mappa li tmur lura għal Lulju ta’ din is-sena.

Huwa qal li f’Malta m’hawnx liġi li tirregola l-qasam tal-ugwaljanza speċifikament għall-persuni ‘gay’, transesswali u bisesswali anke jekk, skont hu, matul dawn l-aħħar snin is-soċjetà Maltija bdiet tinforma lilha nnifisha aħjar dwar kwistjonijiet li jolqtu lil dawn il-persuni.

L-Avukat Galea ammetta li għal-kemm huwa jipparteċipa b’mod regolari fil-Pride March li jsir kull sena, biex juri l-appoġġ tiegħu għall-komunità tal-omosesswali, fl-istess waqt għadu qiegħed ifittex il-verità fuq żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess.

“Jien kunfidenti li lkoll kemm intom kapaċi tirrispettaw pożizzjoni bħal din waqt li tkomplu taħdmu ħalli tegħlbu n-nuqqas ta’ għarfien, l-injoranza u l-preġudizzju li għadek issibek fis-soċjetà Maltija,” huwa sostna.

Waqt li semma kif ir-reliġjon u l-kultura sawru l-mod kif is-soċjetà tagħna tħares lejn il-‘gays’, it-transesswali u l-bisesswali, l-Ispeaker tal-Parlament saħaq li s-soċjetà għandha tħares lejhom b’dinjità u bħala persuni umani. Hawnhekk huwa saħaq li l-Membri Parlamentari huma fid-dmir li jassiguraw ġustizzja soċjali u dinjità umana lil dawn in-nies.

Lejn tmiem id-diskors l-Ispeaker tal-Parlament saħaq li s-soċjetà għandha tħares lejhom b’dinjità u bħala persuni umani. Hawnhekk huwa saħaq li l-Membri Parlamentari huma fid-dmir li jassiguraw ġustizzja soċjali u dinjità umana lil dawn in-nies.

Lejn tmiem id-diskors tiegħu semma kif l-Insara għand hom jeħduha kontra l-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni jekk verament iħobbu l-proxxmu. Fl-istess waqt hu qal li pajjiżna hemm bżonn jegħleb il-preġudizzju u b’hekk ikun qiegħed jipproteġi d-dinjità umana u l-libertajiet ċivili.

Mistieden ieħor kien il-Kelliem Laburista għall-Edukazzjoni u l-Midja Evarist Bartolo fejn enfasizza li minn issa jeħtieġ li persuni omosesswali, bisesswali u transesswali jkunu rispettati bħala persuni umani.

Hu sostna li pajjiż jista’ jaffordja li jistenna s-snin qabel ma jagħtihom ċerti drittijiet madanakollu l-ħajja ta’ persuna hija qasira u għalhekk ma tistax tistenna daqshekk. Qalb iċ-ċapċip ta’ dawk preżenti, hu saħaq li pajjiżna jeħtieġ jaħseb f’dawk li huma oppressati u reġa’ tenna li issa huwa ż-żmien li nagħtu kashom.

Bartolo qal li dawk il-pajjiżi li jiddiskriminaw fil-konfront tal-omosesswali qegħdin “ifaqqru” lilhom infushom għax l-omosesswali, tran sesswali u bisesswali jew “jemigraw internament”, jiġifieri jsiru passivi fis-soċjetà tagħ hom stess, inkella jemigraw lejn pajjiżi barranin fejn jagħ tuhom drittijiet aħjar. Huwa sostna wkoll li pajjiżi li ma jaċċettawx id-diversità fi ħdanhom isiru medjokri.

Sadanittant, l-imsemmija map pa tpoġġi wħud mill-pajjiżi mil-Lvant tal-Ewropa fost l-agħar fejn jidħlu d-drittijiet legali tal-omosesswali. Dan għax fir-Russja, l-Ukrajna, il-Moldova u l-Belarus (kollha eks-Unjoni Sovjetika) kif ukoll il-Maċedonja (eks-Jugoslavja) il-omo sesswali, it-transesswali u l-bisesswali ilhom għal dawn l-aħħar għaxar snin ma jistgħu jorganizzaw attività fil-pubbliku.

Fil-Latvja, il-Polonja u l-Litwanja wkoll ma jistgħux jorganizzaw attivitajiet fil-pubbliku imma waqt li mbagħad l-ewwel tnejn, bħal Malta, ma jaċċettawx diskriminazzjoni fl-impjiegi, il-Litwanja ma taċċettax diskors ta’ mibgħeda kontri hom. F’erba’ pajjiżi – l-Albanija, it-Turkija, l-Ażerbaijan u l-Armenja – m’hemm xejn fil-liġi li jirreferi għad-drittijiet tal-‘gays’. L-iktar pajjiż li l-liġi tiegħu tagħti drittijiet lill-‘gays’ huwa l-Isvezja segwit mill-Belġju, l-Olanda, id-Danimarka, in-Norveġja, ir-Renju Unit, l-Islanda, il-Finlandja u Spanja fejn din tal-aħħar hija l-iktar pajjiż Ewro pew fil-Mediterran li jagħtihom drittijiet.

Ma tistax tkun injorata l-preżenza ta' familji LGBT

Il-MGRM jemmen li wasal iż-żmien li Malta tieqaf milli tkom pli tinjora l-preżenza ta’ familji tal-istess sess fis-soċjetà bħallieku dawn ma jeżis tux u ma jikkontribwixxux lejn is-soċjetà Maltija bl-istess mod li jagħmlu koppji ta’ sess oppost.

Bernard Muscat, kelliem għall-MGRM qal li huwa kruċjali li jsiru u jidħlu fis-seħħ il-bidliet leġislattivi neċessarji biex jassiguraw ir-rikonoxximent ta’ forom diversi ta’ familji bħala ugwali quddiem il-liġi, irrispettivament mill-orjentament jew l-identità tal-ġeneru tal-imsieħba.

Huwa kien qed jikkummenta dwar il-kampanja “Familji dif fer enti, l-istess imħabba”, li qiegħda ssir permezz ta’ posters f’għadd ta’ ‘bus stops’ f’reġ­joni differenti ta’ Malta matul il-jiem li se tkun qiegħda tiltaqa’ t-13-il Konferenza Annwali tal-fergħa Ewropea tal-“ILGA-Europe”.

Dawn il-posters, li huma bil-lingwa Maltija, huma simili għal dawk maħruġin minn ILGA-Europe fl-2008 biex jikber id-dibattitu fuq bażi ewropea u nazzjonali dwar id-diversità tal-mudelli tal-familja. Dawn jagħtu indikazzjoni tal-isfidi li familji LGBT u uliedhom qegħdin jiffaċċjaw min ħabba n-nuqqas ta’ rikonoxximent legali. Il-posters, li diġa’ dehru f’diversi pajjiżi Ewropej, isemmu xi żviluppi pożittivi li seħħew lejn r-rikonoxximent legali u l-aċċettazzjoni ta’ familji LGBT.

“Aħna nittamaw li l-istampi u l-istejjer qosra fuq dawn il-posters iwasslu lill-pubbliku jaħseb u jaqbel li l-familji kollha - irrispettivament mill-orjentament sesswali u l-identità tal-ġeneru tal-imsieħba u l-ulied li jiffurmaw – jistħoqqilhom rispett, rikonoxximent u protezzjoni.

Impenn akbar kontra d-diskriminazzjoni

Rappreżentanti minn diversi istituzzjonijiet Ewropej iddikjaraw impenn akbar kontra d-diskriminazzjoni fil-konfront ta’ persuni transesswali kif ukoll biex drittijiet hom ikunu tassew imħarsin. Id-dikja raz zjo nijiet ta’ appoġġ saru fost oħrajn minn Belinda Pyke mill-Kummissjoni Ewropea, Israel Butler mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, Man dana Zarreh par ver minn EQUINET u Dennis van der Veur mill-Kunsill tal-Ewropa.

Huma għamlu dan meta ħadu sehem fl-ikbar Trans Rights Conference li qatt saret fl-Ewropa u li ltaqgħet nhar l-Erbgħa qabel it-13-il Konferenza Annwali tal-‘International Lesbian and Gay Association’.

Fi tmiem il-konferenza, li bħala tema kellha “Putting Trans rights on the European Agenda”, tfasslet dikjarazzjoni dwar id-drittijiet ta’ persuni tran sesswali, li kienet approvata wara dibattitu li sar dwarha. Id-dikjarazzjoni mistennija tit res sq quddiem il-Konferenza An nwali ta’ ILGA-Europe u Transgender Europe għall-appro vazzjoni biex b’hekk tkun inkorporata fil-programm tal-ħidma komuni tagħhom fis-snin li ġejjin.

No comments:

Post a Comment