Minn nhar il-Ħamis sal-bieraħ saret f’Malta l-konferenza tal-ILGA Europe bit-tema “Biex negħlbu l-ostakoli reliġjużi u kulturali għall-ugwaljanza LGBT”. Attendew għaliha l-imsieħba ta’ din l-ONG mill-Ewropa kollha flimkien mal-attivisti tal-fergħa Maltija, l-MGRM.
Il-konferenza serviet bħala l-laqgħa ġenerali annwali tal-organizzazzjoni u opportunità biex il-membri tal-ILGA u attivisti fil-kamp tal-LGBT jiltaqgħu jiddiskutu temi ta’ interess għalihom u biex jaġġornaw ruħhom dwar żviluppi li jkunu seħħew.
It-tema tal-konferenza hi ta’ importanza partikolari għal dawk li jgħixu f’soċjetajiet taħt influenza reliġjuża bħalma hi Malta, iżda mhux biss. Il-fuljett iimqassam lid-delegati jisħaq fuq l-importanza li r-reliġjonijiet jaċcettaw lil min mhux eterosesswali. Fil-fatt fost il-kelliema mistiedna kien hemm Juris Calitis, pastor tal-Knisja Anglikana fil-Latvja u Pav Akhtar, Imaan fir-Renju Unit.
Fetħu l-konferenza bid-diskorsi tagħhom il-President tal-Kamra tad-Deputati Louis Galea u d-Deputat Laburista Evarist Bartolo. It-tnejn tkellmu b’mod li ntlaqa’ tajjeb mill-konferenza u nies li tkellimna magħhom fissrulna li kienet sorpriża għalihom li żewġ politiċi Maltin tkellmu b’mod rispettuż tad-dinjità u d-drittijiet ta’ min hu gay jew lesbjana meta Malta tbati minn fama li għadha lura sew f’dan il-kamp.
Tkellimna wkoll ma’ Ulrike Lunacek, MEP fi ħdan il-Grupp tal-Ħodor fil-PE li tmexxi wkoll il-grupp ta’ MPE favur id-drittijiet LGBT magħmul minn MPE minn kull grupp politiku.
Lunacek, fid-diskors tagħha waqt il-konferenza, saħqet fuq l-importanza li gays, lesbjani, bisesswali u transsesswali jkunu soċjalment attivi bid-deher u mhux iċedu għall-pressjoni li jaħbu l-preferenzi sesswali tagħhom biex jindara l-fatt li huma nies bħal ħaddieħor u jonqos il-preġudizzju fil-konfront tagħħom.
It-tema tal-konferenza hi ta’ importanza partikolari għal dawk li jgħixu f’soċjetajiet taħt influenza reliġjuża bħalma hi Malta iżda mhux biss. Il-fuljetti mqassam lid-delegati jisħaq fuq l-importanza li r-reliġjonijiet jaċcettaw lil min mhux eterosesswali.
No comments:
Post a Comment