Thursday, 5 November 2009

L-Orizzont: Il-PL se jwaqqaf fergħa ta’ LGBT fi ħdanu

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=57882
3.11.9

Il-PL se jkun qed iwaqqaf Sez zjoni għal-LGBT fi ħdanu. Dan ħabbru l-Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt laqgħa fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista li sa ret ma’ delegazzjoni tal-International Lesbian and Gay Association u Rainbow Rose li kienu f’Malta għal konferenza internaz­zjonali organizzata mill-MGRM.

Muscat qal li wasal iż-żmien li ma nibqgħux nitkellmu b’mod ipokrità fuq din is-sezzjoni tas-soċjetà tagħna u l-PL ddeċieda li jieħu din it-triq.

Il-PL se jkun l-ewwel partit po litiku f’Malta li jwaqqaf sezzjoni LGBT fi ħdanu. Muscat qal li xi xhur ilu l-FŻL waqqaf sez zjo ni tal-LGBT fi ħdanu u din is-sezzjoni kibret ħafna.

Il-PL ħass li għandu jes ten di din is-sez zjoni b’mod formali fl-istrutturi tiegħu fix-xhur li ġejjin. ’Il qud diem meta tkun stabbilita s-sezzjoni LGBT Labour din tin għata anke rwol for mali u tkun rappreżentata fil-Konferenza Ġenerali tal-PL.

Preżenti għal-laqgħa kien hemm il-Kelliem għas-Soċjetà Ċivili u Drittijiet tal-Minoranzi, Gino Cauchi u rappreżentanti tal-LGBT tal-Forum Żgħażagħ Laburisti.

No comments:

Post a Comment