22.11.9; minn Geitu Mercieca, Deputat Segretarju Ġenerali, GWU
Wiehed mill-ogħla prinċipji fundamentali huwa li kull persuna titwieled ħielsa bl-istess drittijiet u dinjità. Dan il-prinċipju universali intrinsikament ifisser li ħadd m’għandu jsofri diskriminazzjoni, la fis-soċjetà u wisq anqas fuq il-post tax-xogħol, minħabba razza, twemmin, sess jew orjentazzjoni sesswali.
Fuq dan it-twemmin ukoll hija msejsa d-difiża trejdunjonistika għad-drittijiet tal-bniedem fuq livell ġenerali u d-drittijiet tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol fil-livell partikolari.
Għalhekk minn dan il-prinċipji joħroġ l-impenn tat-trade unions biex il-postijiet tax-xogħol, fejn ikun hemm rikonoxximent industrijali, dawn ikunu ħielsa minn kull forma ta’ diskriminazzjoni u jkun hemm l-ugwaljanza fir-rispett għad-dinjità umana irrispettivament mill-orjentazzjonijiet sesswali, kultura, razza, sess jew twemmin.
Il-GWU qatt ma qagħdet lura milli tiddiskuti b’mod miftuħ issues soċjali li jaħarqu. Il-GWU qatt ma beżgħet tindirizzahom l-aktar meta dawn ikun hemm min jipprova jew ma jagħtihomx l-importanza meħtieġa, inkella jaħbihom qishom ma jeżitux. Hekk għamlet il-GWU meta biss ftit tax-xhur ilu ħadmet u ħarġet policy paper fuq l-immigranti irregolari.
Dak inhar, u sa ċertu punt anki llum, ħafna huma dawk il-Maltin li qiegħdin juru l-għadab għal dawn il-persuni, għax aktar jinteressahom li juru li dawn l-immigranti irregolari qiegħdin jieħdu x-xogħol tal-Maltin, milli fil-verità joħroġ ir-razziżmu, il-mibegħda u sa ċertu punt l-isfruttament li qed issaltan ġo dawn il-Maltin.
Bħala GWU mill-ewwel għa-rafna li kienet responsabbiltà tagħna li nfehmu li dawn l-immigranti irregolari għandhom drittijiet, u għandhom ikunu rispettati bħal kull uman ieħor jiġi minn liema pajjiż jiġi. Kieku ma konniex kuraġġużi konna nkunu qiegħdin ninkoraġġixxu biex tinħoloq klassi oħra li tkun mistmerra.
U fuq hekk l-aktar li ridna nibnu, ċioè fuq li ma nħallux min jabbuża minn dawn il-persuni meta jħaddmuhom, ma nħallux lil min jiddiskrimina magħhom minħabba l-kulur tal-ġilda tagħhom, kif ukoll biex min iħaddem ma jużahomx għall-interessi tagħhom, biex jagħmel profitti minn ħidmiethom billi jħaddimhom f’kundizzjonijiet prekarji.
Policy paper oħra importanti li wkoll ħdimna għaliha fil-Kungress Nazzjonali f’Ottubru li għadda kienet tinvolvi d-dinja tax-xogħol għall-persuni Leżbjani, Gay, Bisesswali u Transgender (LGBT). Din il-policy paper poġġiet ukoll sfida għall-GWU, għax għalina ma kinitx faċli li nsawru politika bl-iswed fuq l-abjad fuq suġġett daqstant delikat, u li kważi saħansitra għadu kkonsidrat bħala stigma fis-soċjetà tagħna.
Il-GWU fasslet din il-policy paper wara li ġabret informazzjoni utli mingħand persuni LGBT biex b’hekk kienet f’pożizzjoni li tagħti ħjiel tas-sitwazzjoni ta’ dawn il-ħaddiema f’pajjiżna u barra minn xtutna. Barra minn hekk, il-GWU analizzat x’pożizzjoni għandha l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xoghol (ILO) u x’pożizzjoni ħadet s’issa l-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (ETUC), li tagħha l-GWU hija affiljata, fuq din l-issue.
Ħafna trade unions f’bosta pajjiżi f’dawn l-aħħar snin għamlu fost il-prijoritajiet prinċipali tagħhom il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ orjentazzjoni sesswali. Infatti sar progress qawwi f’dan ir-rigward f’bosta mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fosthom bl-introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni li espliċitament tinkludi wkoll lil persuni ta’ kwalunkwe orjentazzjoni sesswali.
Saru wkoll liġijiet li llegalizzaw iż-żwieġ jew partnership bejn żewġ persuni tal-istess sess, bl-istess drittijiet u rikonoxximent ta’ żwieġ normali kif ukoll l-aċċettazzjoni ta’ dawn il-persuni f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija, fosthom fil-politika, bħala senior management u fit-tmexxejja ta’ trade unions.
F’pajjiżna, bħal f’kull pajjiż ieħor, minkejja li bdejna nirrikonoxxu u nifhmu l-ħtieġa ta’ miżuri li jikkumbattu d-diżugwaljanzi, sa anki liġijiet għandna li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni f’kull forma tagħha, madankollu d-diskriminazzjoni għadha prevalenti, anke jekk b’mod sottili, f’diversi oqsma.
Fil-fatt persuni b’orjentazzjoni sesswali għadhom mhux biss ikunu diskriminati iżda anke żżuffjettati u abbużati verbalment u fiżikament fuq il-postijiet tax-xogħol u anke fil-ħajja soċjali tagħhom.
F’laqgħa li bħala Union sejjaħna għall-ewwel working group għall-ħaddiema LGBT, ħareg ċar kemm għad hawn persuni li jippreferu jibqgħu jaħbu l-orjentazzjoni sesswali tagħhom milli joħorġu fil-beraħ u juru l-inklinazzjoni vera tagħhom minħabba li jemmnu li l-poplu, anke l-familji tagħhom stess, għadhom mhux lesti li jaċċettawhom kif inhuma.
Il-policy paper tal-GWU fuq persuni LGBTs intlaqgħet b’sodisfazzjon minn għadd ta’ organizzazzjonijiet, anke internazzjonali, kif ukoll ingħatat pubbliċità għax hija l-ewwel policy paper minn trade union Maltija tax-xorta tagħha.
Tant il-policy paper intlaqgħet tajjeb anke barra minn Malta li l-GWU kienet mistiedna mill-Ministeru tal-Iżvezja biex rappreżentant tal-GWU jagħmel preżentazzjoni fuqha bħala best-practice, xi ħaġa li tikkonferma kemm veru l-GWU dejjem tkun fuq quddiem biex tiġġieled l-istigmi u ‘tabelli oddjużi’ li għadhom jeżistu f’pajjiżna.
Il-GWU dejjem ħadmet u se tibqa’ taħdem biex dawn il-‘ħitan’ jitkissru fl-interess tal-persuni milquta. Il-GWU se tkompli taħdem favur LGBT u mal-working group is-sena d-dieħla ttella’ konferenza nazzjonali biex flimkien ma’ nies esperti kif ukoll ma’ membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-kamra tidentifika diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-ħaddiema LGBTs.
Il-GWU beħsiebha taħdem ukoll biex tqajjem diskussjoni nazzjonali fuq x’għandu jsir f’pajjiżna b’mod konkret u mingħajr dewmien biex dawn il-problemi jkunu identifikati u indirizzati. Il-GWU temmen f’dak li tgħid u bil-mezzi tagħha se tgħin biex id-dinjità ta’ dawn il-persuni tkun imħarsa.

---
Ara wkoll:
No comments:
Post a Comment