Monday, 16 November 2009

It-Torċa: Policy paper li tagħti ħjiel tas-sitwazzjoni tal-ħaddiema LGBT

http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=8662
15.11.9 minn Aleks Farrugia

Huwa dritt fundamentali li kull persuna titwieled hielsa bl-istess drittijiet u dinjità. Dan il-principju universali jfisser li hadd m’ghandu jsofri diskriminazzjoni, la fis-socjetà u wisq anqas fuq il-post tax-xoghol, minhabba razza, twemmin, sess, identità jew espressjoni tal-generu u orjentazzjoni sesswali fost ohrajn. Ghaldaqstant il-Ligi tistipula li kull bniedem ghandu drittijiet indaqs u ghandu jkollu kull opportunità li jimxi ’l quddiem fl-izvilupp tal-personalità tieghu.

Id-drittijiet tax-xoghol ta’ lesbjani, irgiel gay, bisesswali u persuni transgender (LGBT) huma drittijiet trejdunjonisti, u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Ghaldaqstant il-General Workers’ Union hadmet flimkien mal-Malta Gay Rights Movement (MGRM) u ghaqdiet ohra biex flimkien fasslu policy paper li taghti hjiel tas-sitwazzjoni ta’ dawn il-haddiema. Din il-policy paper kienet approvata mill-Kungress Nazzjonali tal-GWU li sar fil-5 ta’ Ottubru li ghadda.

Working group

Matul din il-gimgha tlaqqa’ ghall-ewwel darba working group li kien rakkomandat f’din il-policy paper biex jibda l-hidma konkreta favur id-drittijiet ta’ persuni LGBT fi hdan il-GWU.

Silvan Agius kien fost dawk li attendew għal din il-laqgħa: “Il-fatt li l-GWU qiegħda tindirizza l-is-sues tal-persuni LGBT tfisser ħafna soċjalment. Tfisser fost oħrajn li din m’għadhiex biss issue tal-MGRM. Il-policy paper tal-GWU qiegħda ssej-jaħ għall-waqfien minn kull forma ta’ diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol. F’dan il-working group m’aħniex se naħdmu biss biex jissolvew il-prob-emi li jinqalgħu, iżda anke fuq ħidma produttiva.”

Mistoqsi dwar l-isfidi li għandu quddiemu dan il-working group, Silvan Agius isostni li: “L-isfida hija li wara t-twaqqif ikun hemm impenn biex dan il-working group ikompli jaħdem. Hemm bżonn ta’ aktar in-vestiment biex il-ħidma tin-firex. Per eżempju, il-Kon-ferenza Nazzjonali li se tkun qiegħda tagħmel il-GWU dwar il-ħaddiema LGBT nemmen li għandha tħalli impenn pożittiv. Sfida oħra li jkollna struttura fejn persuni LGBT jistgħu jmorru bil-problemi tagħhom, kif għandhom setturi oħrajn ta’ ħaddiema.”

L-eżempju internazzjonali

Bosta trade unions mad-war id-dinja għamlu mill-kawża tal-persuni LGBT il-kawża tagħhom. Fis-sena 2007 deher ċar li l-kampanji li bdew it-trade unions kienu qiegħdin iħallu l-frott għax matul dik is-sena f’rapport li l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) ħejjiet bit-titlu: ‘Equality at work: tackling the challenges’ (L-ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol: naffrontaw l-isfidi) saħqet li: “international and national human rights institutions and mechanisms are attaching increased importance to fighting discrimination ba-sed on sexual orientation, and many countries have adopted legal provisions prohibiting discrimination at work based on sexual orientation”.

Għalkemm jeżisti dan ir-rikonoxximent mill-ILO, ma-dankollu ma nistgħux ngħid-u li l-proċess biex persuni LGBT ma jibqgħux isofru minn diskriminazzjoni u umiljazzjonijiet, fost affarij-iet oħra, fuq il-post tax-xogħol qabad xi ritmu mgħaġġel u sod.

Fl-Ewropa, l-ETUC mhux biss irrikonoxxiet id-drittijiet ta’ ħaddiema LGBT fid-dawl tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea dwar l-ugwaljanza kif imniżżla fid-Direttiva tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Nru. 2000/78/KE li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol u fid-Direttiva tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Nru. 2006/54/KE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ im-pjiegi u xogħol, li tipprojbix-xi d-diskriminazzjoni kontra persuni li jagħmlu intervent kiruġiku biex jikkorreġu jew jibdlu l-ġeneru tagħhom. L-ETUC fil-pjan strateġiku għal erba’ snin fasslet il-prijoritajiet li jinkludu l-impenn tal-ETUC li jittieħdu inizjattivi biex tkun indirizzata d-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ orjentazzjoni sesswali u l-identità jew espressjoni tal-ġeneru.

Aktar minn hekk, f’Diċembru 2008, l-ETUC għaddiet għall-azzjoni meta l-Kumitat Eżekuttiv adotta r-rakkomandazzjonijiet dwar l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu u l-attivitajiet li għandhom isiru bil-għan li jikber l-għarfien għad-drittijiet ugwali, ir-rispett u d-dinjità tal-ħaddiema rrispettivament mill-orjentazzjoni jew l-identità jew espressjoni tal-ġeneru tagħhom.

Sehem il-GWU

Fid-dokument tagħha ‘Twemmin’ il-GWU tagħmel emfasi fuq il-fatt li ħaddiema ma għandhomx ikunu abbu-żati minħabba l-orjentazzjoni sesswali, l-identità jew l-espressjoni tal-ġeneru tagħ-hom.

Bit-twaqqif ta’ dan il-wor-king group, il-GWU qiegħda tagħmel pass ieħor ‘il quddiem. Hija l-ewwel trade union f’Malta li qiegħda taħdem attivament favur id-drittijiet ta’ ħaddiema LGBT.

Silvan Agius jgħid hekk: “Il-GWU qiegħda tagħmel pass importanti ħafna f’pajjiżna. Barra minn Malta, it-trade unions diġà qiegħdin jaħdmu fuq dawn it-tip ta’ inizjattivi. Fi ħdan il-GWU jidher li hemm impenn qawwi favur il-ħaddiema LGBT u dan jidher mill-fatt li qiegħda tagħti wiċċ lil din il-kwistjoni. Dan għalija huwa xhieda li għal darb’oħra l-GWU qiegħda tkun progressiva sew.”

Proposti tal-GWU dwar persuni LGBT

Il-GWU tgħid li l-Gvern flimkien mal-imsieħba soċjali, għandhom jiddiskutu l-parametri legali fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali biex mill-Parlament fil-futur qrib jgħaddu liġijiet li jintitolaw lill-persuni LGBT għall-istess ammont ta’ ‘bereavement leave’ u leave urġenti tal-familja. Sussegwentement wara dan iż-żewġ kisbiet, id-drittijiet kollha li jgawdu l-ħaddiema llum għandhom ikunu implimentati. Barra minhekk, il-GWU, min-naħa tagħha se:

• tara li bis-sehem tagħha, persuni u għaqdiet oħra interessati fuq din il-kwistjoni, fost l-oħrajn ikun assigurat li ħaddiema LGBT jkunu organizzati u mhux aktar sfruttati, u dan għandu jseħħ bi qbil kollettiv;

• torganizza Konferenza Nazzjonali fejn it-tema prinċipali jkunu d-diffikultajiet li għandhom ħaddiema LGBT u d-diskussjoni tkun dwar x’għandu jsir f’pajjiżna b’mod konkret u mingħajr dewmien fil-qasam tal-impjiegi, biex dawn il-problemi jkunu identifikati u indirizzati ħalli d-drittijiet ta’ dawn il-persuni jkunu l-istess bħal ta’ kull ċittadin ieħor;

• titqassam informazzjoni u jintużaw mezzi tal-midja biex tkun ippreżentata s-sitwazzjoni preżenti, kif ukoll tingħata informazzjoni dwar x’inhuma l-best practices u l-linji gwida f’dawn iċ-ċirkostanzi. L-għan għandu jkun li titqajjem kuxjenza nazzjonali;

• tinkludi temi LGBT fit-taħriġ intern għall-ħaddiema u shop stewards tagħha biex dawn ikunu preparati f’każi ta’ diskriminazzjoni;

• tippubblika l-ġist tal-policy paper fil-midja biex ikun magħruf li l-GWU qiegħda tieħu passi pożittivi biex tikkumbatti din it-tip ta’ diskriminazzjoni fil-postijiet tax-xogħol;

• taħdem flimkien ma’ u (fejn tista’) tattendi attivitajiet organizzati mill-kommunità LGBT;

• tara li jkollha kordinatur li l-irwol ewlieni tiegħu jkun li jippromwovi l-interess tal-ħaddiema gay u taħdem biex il-linji tal-policy paper ikunu mplimentati.

[Jekk trid kopja tal-Policy Paper ibgħat email lis-Sur Charles Vella.]

No comments:

Post a Comment