Thursday, 26 November 2009

EU: Il-programm ta' Stokkolma: L-MEPs iridu iktar drittijiet għaċ-ċittadini


Ġustizzja u Intern - 25-11-2009 - 17:39

[Parti mill-istqarrija. Jekk trid tara l-artiklu kollu ikklikja fuq il-hyperlink ta' hawn fuq.]

Skont l-MEPs, il-pajjiżi tal-UE għandhom jaħdmu flimkien aħjar sabiex itejbu l-ilqugħ ta' persuni li jkunu qegħdin ifittxu ażil u jsaħħu l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni. Huma jqisu wkoll li għandu jittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja, waqt li jissaħħu d-drittijiet tal-priġunieri. Dawn kienu fost l-affarijiet li l-MEPs talbu fir-riżoluzzjoni li adottaw b'rabta mal-programm tal-UE għall-ġustizzja u l-intern, li jkopri l-ħames snin li ġejjin.

Permezz ta' din ir-riżoluzzjoni adottata b'487 vot favur, 122 kontra u 49 astensjoni, il-Parlament Ewropew ħabbar il-pożizzjoni tiegħu fir-rigward tal-hekk imsejjaħ Programm ta' Stokkolma, li jistabilixxi l-prioritajiet tal-UE fl-oqsma tal-ġustizzja u l-intern tul il-ħames snin li ġejjin. Il-Programm ta' Stokkolma għandu jiġi adottat formalment mill-mexxejja tal-gvernijiet tal-UE fis-Samit tal-Kunsill Ewropew tal-10 u l-11 ta' Diċembru.

Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-abbuż tat-tfal

L-MEPs iqisu li sett komprensiv ta' għajnuna legali għandha tkun għad-dispożizzjoni tal-vittmi ta' atti kriminali, speċjalment dawk li jisfaw vittmi ta' traffikar tal-persuni jew ta' vjolenza abbażi tas-sess. Il-minoranzi etniċi jiffaċċjaw ukoll ir-riskju li jispiċċaw vittmi ta' diskriminazzjoni u ta' atti kriminali b'motivazzjoni razzista. Għaldaqstant il-Membri talbu li tiġi mfassla direttiva u tkun stabbilita strateġija Ewropea komprensiva bil-għan li teradika l-vjolenza fuq in-nisa u kwalunkwe abbużi kontra t-tfal. Barra minn hekk, għandu jkun hemm leġislazzjoni dwar ir-reati tal-mibegħda.

It-test adottat jinkludi emenda miftiehema bejn l-EPP u l-S&D, li permezz tagħha l-Parlament jistieden lill-Istati Membri sabiex jassiguraw il-libertà tal-moviment liċ-ċittadini kollha tal-UE u l-familji tagħhom, inklużi koppji b'reġistrazzjoni ta' sħubija u dawk miżżewġin, "filwaqt li jevitaw kull tip ta’ diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi inkluż l-orjentazzjoni sesswali."

Matul id-dibattitu li sar qabel il-votazzjoni, Simon Busuttil (EPP, MT) stqarr li l-grupp EPP jemmen fil-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni, "però nqisu wkoll li hemm il-prinċipju tas-sussidjarjetà illi jfisser li għandna nirrispettaw ukoll is-sensittivitajiet nazzjonali fil-pajjiżi Membri tal-Unjoni Ewropea. Ma ninsewx illi din l-Unjoni hija mibnija fuq unità fid-diversità u mhux unità billi kulħadd ikun l-istess."

...

Ref. : 20091124IPR65083
Kuntatt: Corinne CORDINA

No comments:

Post a Comment