Tuesday, 10 November 2009

KullĦadd: L-avventura ta’ Luxuria f’Malta

http://www.kullhadd.com/200911071074/Ahbarijiet/l-avventura-ta-luxuria-fmalta.html
7.11.9 mill-KullĦadd Team


Matul il-gimgha li ghaddiet giet organizzata f’Malta –il 31 International Lesbian and Gay Conference. Wahda mill-aktar personalitajiet famuzi li attendew ghal din il-konferenza kienet Vladimir Luxuria li ghal xi zmien kienet deputat fil-Parlament Taljan f’isem il-partit Rifondazione Comunista. Is-sena li ghaddiet Vladimir Luxuria kienet ir-rebbieha ta’ L’Isola dei Famosi, reality show fuq RAI Due li jsir ta’ kull sena fuq gzira remota, fejn grupp ta’ personalitajiet jghixu flimkien fuq perijodu ta’ zmien f’kundizzjonijiet difficli u minn jissoppravvivi minnhom jispicca jirbah.

Vladimir Luxuria fizikament ghada ragel imma tghix, tirraguna u ggib ruhha ta’ mara. Ftit tas-snin ilu nqalghet polemika fil-bini tal-Parlament Taljan meta Luxuria dahlet fit-toilet tan-nisa fejn giet wicc imb’wicc ma’ Elisabetta Gardini, wahda mill- personalitajet televizivi li spiccaw deputati tal-partit ta’ Silvio Berlusconi, u Gardini ghamlet xenata shiha ghax ragel anki jekk libes ta’ mara, dahal fit-toilet tal-onorevoli nisa.

Luxuria issejjah lilha nnifisha ‘transgender’, ‘il ghaliex la tista’ tghid li hi ezattament mara u lanqa ragel, ghalkemm thossha aktar komda meta tirreferi ghaliha nnifisha tuza aggettivi femminili. Mill-banda l-ohra Luxuria ma thoss li hi transesswali ghax qatt ma biddlet is-sess taghha permezz ta’ operazione kirurgika.

Il-Hadd li ghadda waqt il-programm Domenica 5 immexxi minn Barbara D’Urso, Vladimir Luxuria rrakkontat dwar avventura interessanti li kellha f’Malta waqt li kienet qed tattendi ghall-konferenza. Matul attivita ta’ natura socjali abbinata mal-konferenza, Luxuria ltaqghet ma’ ‘guvni’ il-gmiel tieghu li ftit rat bhalu. Aktar tard wara xi tazza inbid jew tnejn, hija u tipprova tibni r-rapport taghha ma’ dan il-guvni, Luxuria kellha tiskopri li dan il-‘guvni’ tal-holm taghha fil-fatt ma kien ragel xejn, imma kienet mara. Hekk kif skopriet il-verita’, Luxuria rrealizzat li r-relazzjoni ta’ bejniethom, b’Luxuria ragel anki jekk liebsha ta’ mara, u dan il-‘guvni’ mara, anki jekk liebes ta’ ragel, din ir-relazzjoni kienet destinata li taqa’ fin-normalita’ ta’ rapport bejn mara u ragel. U allura spiccat tilfet kull interess, li ma tmurx b’xi mod taqa’ fin-normalita’.

No comments:

Post a Comment