Media Release; 22 ta' Dicembru 2010
Stqarrija mahruga minn Gino Cauchi, Kelliemi Laburista ghad Djalogu Socjali u Drittijiet ta' Minoranzi.
Il-Partit Laburista jesprimi dizzapunt ghad-decizjoni tal-Avukat Generali u d-Direttur tar-Registru Pubbliku li jappellaw mis-sentenza li nghatat fil-Qorti mill-Imhallef Ray Pace ftit tal-gimghat ilu, fil-kaz li ressqet kontriehom Joanne Cassar.
Dakinhar l-Imhallef Pace gustament iddecieda li persuna li tkun bidlet is-sess taghha u li tali bidla tkun giet rikonoxxuta mill-istat, tant li d-dokumenti ufficjali taghha nbidlu, ghandu jkollha d-drittijiet civili kollha bhal m'ghandhom persuni ta' dak is-sess.
Din id-decizjoni hija konformi wkoll mal-ligijiet Ewropej ghad-drittijiet tal-Bniedem u konformi ma' diversi decizjonijiet li ttiehdu mill-Qorti Ewropea ghad-Drittijiet tal-Bniedem.
Ma jistax ikun li f'dan il-pajjiz nibqghu mexjin b'sistema li fejn ikun jaqbel lill- Awtoritajiet jipprevalu l-ligijiet ewropej, izda meta jkun hemm individwi li jitolbu rimedju ghal drittijiet li jkunu qed jigu mcahhdin lilhom mill-istat, il-ligijiet ewropej jitwarrbu fil-genb.
Huwa ta' dizzapunt kif l-Avukat Generali f'isem l-istat u d-Direttur tar-Registru Pubbliku, ddecidew li jappellaw mid-decizjoni tal-Imhallef Pace , a-bazi ta' punt legali li huma qed jinterpretaw b'mod filwaqt li l-qorti w esperti legali ohra qed jinterpretaw mod iehor.
Nisperaw li dan l-appell mhux rizultat ta pressjoni minn forzi konservattivi li qed jopponu li jinghataw drittijiet kif jigri f'pajjizi ohra Ewropej minhabba l-ideat personali taghhom.
Dan juri kemm ghandna bzonn li l-Parlament jillegizla ligi, li titratta dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet minghajr aktar pregudizzji u diskriminazzjoni. Ligi li tkun cara u li tevità kull tip ta' misinterpretazzjoni mill-persuni li jokkupaw karigi, liema karigi jimpingu fuq drittijiet civili li l-istat ghandu jiggarantixxi ghal kull cittadin Malti u Ghawdxi.
No comments:
Post a Comment