Tuesday, 21 December 2010

MGRM: Proposed Gender Identity Act for Malta [English / Malti]

10.12.2010 minn Gaby Calleja, Malta Gay Rights Movement

MALTI
L-MGRM, bħala parti mill-ħidma tagħha favur id-drittijiet ta’ persuni Trans, ikkummissjonat it-tfassil ta’ liġi ġdida dwar l-Identità tal-Ġeneru li tiffaċilità it-tibdil tas-sess legali għal persuni trans u li tkopri b’mod sħiħ in-nuqqasijiet tal-liġi preżenti. Din il-proposta ta’ liġi li ġiet ppreżentata llum ġiet mfassla minn Dr Neil Falzon u setgħet issir permeżż ta’ fondi mgħotija mill-International Planned Parenthood Federation (IPPF).

Waqt il-konferenza stampa Gabi Calleja, il-kordinatriċi tal-MGRM, saħħqet fuq id-diskriminazzjoni u vjolenza li jesperjenzaw persuni trans minnħabba diffikultajiet li jaffaċċjaw biex jaċċessaw il-kura li għandhom bżonn u biex ibiddlu is-sess legali tagħhom. Hija appellat lil politiċi biex jiddiskutu bis-serjetà din il-proposta ta’ liġi biex tiġi evitata tbatija u vjolenza li mhix neċessarja fis-soċjetà ta llum.

L-avukat Neil Falzon spjega li Il-proposta għal Att dwar l-Identitá tal-Ġeneru tenfasizza d-drittijiet fondtamentali tal-bniedem, mingħajr ma dawn jiksru d-drittijiet ta' ħaddieħor. Il-proposta tibdel il-proċess ġudizzjarju ma' wieħed amministrattiv li jkun miftuħ għal kull persuna transġenera. Tneħħa r-rekwiżit li l-persuna ma tkunx miżżewġa, kif ukoll ir-rekwiżit li l-persuna tkun għamlet l-intervnet kirurġiku għat-tibdil tas-sess. Biex titħares b'mod aktar effettiv il-privatezza ta' l-informazzjoni dwar il-ġeneru tal-persuna, il-proposta tinkludi t-twaqqif ta' Reġistru ta' Persuni Transġeneri, li jkun reġistru sigriet u jaħdem bl-istess mod tar-Reġistru tal-Persuni Adottati li huwa wkoll reġistru sigriet. L-idea hi li l-proposta ma toħloqx piżijiet legali u amministrttivi żejda, u għalhekk tinkorpora sistema li diġá teżisti fil-liġi maltija.

L-Hon Evarist Bartolo tenna l-appoġġ tiegħu u tal-kap tal-partit Joseph Muscat għal din il-proposta ta’ liġi ibbazata fuq l-esperjenzi ta’ persuni trans li hu ltaqgha maghhom matul is-snin u l-intenzjoni tiegħu li jressaq din il-liġi fil-parlament dak in-nhar stess. Huwa saħaq fuq l-importanza li ż-żewġ naħat tal-kamra jiġu flimkien biex jiddiskutu b’mod serju din il-liġi li tista’ tagħmel differenza sinifikanti fil-ħajja ta’ grupp vulnerabli fis-soċjetà Maltija.


ENGLISH
As part of its efforts towards the rights of Trans persons, the MGRM commission the drawing up of a new Gender Identity Act that would facilitate the change in legal sex for trans persons and that comprehensively tackled the limitations of the current legislation. The proposed act presented today was drawn up by Dr Neil Falzon and was made possible through funding received from the International Planned Parenthood Federation (IPPF).

At the Press Conference, Gabi Calleja, coordinator of MGRM drew attention to the discrimination and violence often experienced by trans persons due to the difficulties they face in accessing the treatment that they need and in changing their legal sex. She appealed to all politicians to seriously discuss and take into consideration the proposed Act so that needless suffering and violence may be avoided.

Lawyer Neil Falzon explained that the proposed Gender Identity Act emphasises fundamental human rights without these impinging on the rights of others. The proposal changes the judicial process to an administrative one that is open to all transgender persons. It removes the requisite that a person be unmarried, as well as the requisite that a person have undergone reassignment surgery. To safeguard more effectively the privacy regarding the gender history of the person, the proposal looks to set up a Transgender Persons Register, that would be a secret register that function in the same way as the Adopted persons register, which is also a secret register. The idea behind this proposal is to avoid creating unnecessary legal and administrative burdens, and so incorporates a system already existent in Maltese legislation.

The Hon. Evarist Bartolo expressed his support and that of the leader of the Labour Party, Joseph Muscat, for the proposed act based on real life experiences of trans persons he has encountered over the year. He announced his intention to table the Bill in parliament that same day. He emphasised the importance that both sides of the house come together to seriously discuss the proposed legislation that could make a significant impact on the lives of one of the most vulnerable groups in Maltese society.

---

L-ATT DWAR L-IDENTITÁ TAL-ĠENERU – PROPOSTA TA' LIĠI

minn Dr. Neil Falzon, Konsulent

Din il-preżentazzjoni qasira tkopri s-sitwazzjoni legali li teżisti bħalissa fil-Kodiċi Ċivili, il-problemi li hemm fid-disposizzjonijiet rilevanti, il-prinċipji li temmen fihom l-MGRM u li jiffurmaw il-bażi tal-proposta ta' liġi u fl-aħħar ħarsa lejn il-proposta nnifisha.

Huwa importanti li nenfasizzaw it-twemmin li l-ġeneru ta' persuna, bħala parti sħiħa ta' l-identitá tagħha, m'għandux jiġi stabbilit minn terzi persuni bħal tobba, imħallfin, psikoloġi jew uffiċjali ta' l-istat. Huwa d-dritt ta' kull persuna li tiddeċiedi l-ġeneru tagħha, dan wara proċess serju ta' awto-identifikazzjoni.

Qabel l-2004 il-liġi maltija ma kinitx tirregola s-sitwazzjoni ta' persuni transġeneri li xtaqu jbiddlu l-karti uffiċjali tagħhom, biex dawn jirreflettu l-ġeneru proprju tagħhom. Minħabba din is-sitwazzjoni numru ta' sentenzi mill-qrati maltin tennew li dan in-nuqqas fil-liġi kien jikser id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata tal-persuna. Dan tennietu wkoll il-Qorti Ewropeja għad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasbourg f'numru ta' każijiet miġjuba quddiema.

Bħala tweġiba għal dawn il-każijiet, fl-2004 saru emendi varji lil-Kodiċi Ċivili li bihom twaqqfet il-proċedura li hemm bħalissa fl-artikoli 257A sa' 257Ċ. Skond din il-proċedura, persuni transġeneri jistgħu jiftħu kawżi l-qorti biex jitolbu li ssir annotazzjoni fl-att tat-twelid tagħhom, liema annotazzjoni turi l-ġeneru affermat, jew 'ġdid', tagħhom, kif ukoll l-isem il-ġdid li għażlu bħala parti minn dan il-proċess. Biex tordna din l-annotazzjoni, il-qorti trid tkun soddisfatta li l-persuna hi verament tal-ġeneru li qed tgħid li hi, u li din tkun sitwazzjoni permanenti. Għal din l-evalwazzjoni l-qorti tinnomina perit u tordna li jsiru eżaminazzjonijiet mediċi varji.

Għalkemm it-twaqqif ta' din il-proċedura kien pass il-quddiem fir-rispett u ħarsien tad-drittijiet ta' persuni transġeneri, hemm xi elementi problematiċi u xi wħud minn dawn jistgħu jitqiesu bħala ksur tad-drittijiet fondamentali tal-bniedem, kif imħarsa fil-Kostituzzjoni maltija, kif ukoll fil-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali.

Il-proċess ġudizzjarju nnifsu jaf jinvolvi numru ta' spejjeż, anke minħabba l-fatt li l-liġi tgħid li l-attur, il-persuna transġenera għandha tħallas ukoll l-ispejjeż tad-Direttur tar-Reġistru Pubbliku. Huwa importanti li wieħed jenfasizza l-fatt li problema komuni ħafna għal persuni transġeneri hija d-diffikoltá li jsibu xogħol u li jkomplu l-istudji tagħhom. Dan minħabba diskriminazzjoni u xi kultant anke vjolenza fuq il-post tax-xogħol u fl-iskola. Bħala parti mill-proċedura ġudizzjarja, il-perit imqabbad mill-qorti jagħmel bosta testijiet fuq il-persuna, testijiet li f'ħafna każijiet ikunu intrusivi u joffendu d-dinjitá tal-persuna. Rajna wkoll illi dawn it-testijiet isiru anke f'każijiet fejn il-persuna transġenera tippreżenta dokumenti mediċi u xhieda tat-tobba li jkunu għamlu l-intervent kirurġiku għat-tibdil tas-sess.

Problema oħra fil-liġi preżenti hija r-rekwiżit li l-persuna transġenera ma tkunx miżżewġa biex tiftaħ il-kawża l-qorti. Dan jiġifieri li persuni miżżewġin ikollhom bilfors l-ewwel jiftħu proċeduri għall-annullament taż-żwieġ tagħhom, pass li mhux bilfors huma – jew il-konjuġi tagħhom – jkunu jixtiequ. Mill-aspett tad-drittijiet tal-bniedem, it-tħassir ta' żwieġ sfurzat mill-istat iqajjem bosta ħsibijiet. F'sitwazzjonijiet fejn ikun hemm ukoll it-tfal, wieħed jista' biss jimmaġina t-tbatija psikoliġika li jgħaddu minnha l-persuni kollha involuti. Barra minn hekk, jista' jinserta l-każ illi ma jkun hemm kriterji validi għall-annullament ta-żwieġ. F'dawn il-każijiet, il-persuna transġenera tibqa' f'sitwazzjoni ta' umiljazzjoni u tbatija kontinwa.

Bil-proċedura attwali, issir annotazzjoni fuq l-att tat-twelid tal-persuna, liema annotazzjoni tibqa' tidher fuq l-att oriġinali. Dan ifisser illi terzi persuni jkunu jistgħu jaraw din l-annotazzjoni jekk jordnaw kopja ta' dan l-att mir-Reġistru Pubbliku. Din il-possibbiltá ma tħarisx biżżejjed id-dritt tar-rispett għall-ħajja privata.

Iżda l-akbar problema li hemm fil-proċedura attwali hija r-rekwiżit illi persuna transġenera tkun għamlet l-intervent kirurġiku għat-tibdil tas-sess. Għalkemm dan ir-rekwiżit mhux espliċitament meħtieġ mil-liġi, mir-raġunament tal-qrati f'dawn il-każijiet, jidher illi persuna transġenera li m'għamlitx l-intervnet ma tistax taċċeddi għal din il-proċedura, jew aħjar, tista' taċċedi għaliha iżda mingħajr ċans ta' suċċess. L-intervent kirurġiku għat-tibdil tas-sess mhux wieħed standard jew faċli, mhux irħis, mhux disponibbli f'Malta u ma jaqax fl-iskema nazzjonali tas-sigurtá soċjali. Għal dawn ir-raġunijiet, u anke għall-fatt li hemm persuni transġeneri li sempliċement ma jridux jagħmlu l-intervent, mhux ġust li biex persuna trans tibdel id-dokumenti uffiċjali tagħha jkollha bilfors tgħaddi minn dan l-intervent. L-imposizzjoni minn stat ta' intervent bħal dan, li jinvolvi wkoll l-isterilizazzjoni permanenti tal-persuna u li fih bosta riskji lill-ħajja tal-persuna, huwa meqjus bħala indħil żejjed u mhux neċessarju fil-ħajja privata ta' persuna u jimponi fuq id-dinjitá tagħha.

Problema oħra li nsibu fil-proċedura ta' llum hi l-fatt li l-valur legali ta' l-annotazzjoni fuq l-att tat-twelid mhux ċert. Dan jiġifieri li mhux ċert jekk it-tibdil tal-ġeneru fuq l-att tat-twelid, u għalhekk fuq il-karta ta' l-identitá, huwa tibdil biss kożmetiku jew jekk hux tibdil għal kull fini ta' liġi, bħal per eżempju l-pensjoni, assigurazzjoni privata u ż-żwieġ. Il-każ li hemm preżentement fil-qorti jinvolvi dan il-punt.

Il-proposta għal Att dwar l-Identitá tal-Ġeneru jipprova jegħleb dawn il-problemi billi jenfasizza d-drittijiet fondtamentali tal-bniedem, mingħajr ma dawn jiksru d-drittijiet ta' ħaddieħor. Il-proposta tibdel il-proċess ġudizzjarju ma' wieħed amministrattiv li jkun miftuħ għal kull persuna transġenera. Tneħħa r-rekwiżit li l-persuna ma tkunx miżżewġa, kif ukoll ir-rekwiżit li l-persuna tkun għamlet l-intervnet kirurġiku għat-tibdil tas-sess. L-interessi tat-tfal potenzjali tal-persuni transġeneri huwa mħarsa billi l-proposta tgħid li t-tibdil tal-ġeneru ma jaffettwax l-obbligi li ħerġin mill-istat ta' ġenitur, dan il-prinċipju ttieħed mil-liġi preżenti. Biex titħares b'mod aktar effettiv il-privatezza ta' l-informazzjoni dwar il-ġeneru tal-persuna, il-proposta tinkludi t-twaqqif ta' Reġistru ta' Persuni Transġeneri, li jkun reġistru sigriet u jaħdem bl-istess mod tar-Reġistru tal-Persuni Adottati li huwa wkoll reġistru sigriet. L-idea hi li l-proposta ma toħloqx piżijiet legali u amministrttivi żejda, u għalhekk tinkorpora sistema li diġá teżisti fil-liġi maltija.

L-għan tal-proposta hu jitħarsu b'mod aktar effettiv id-drittijiet tal-persuni transġeneri. Bħala membri tas-soċjetá tagħna, huma intitolati għall-istess livell ta' tgawdija ta' drittijiet u ta' rispett tad-dinjitá tagħhom. Ir-rikonoxximent legali tal-ġeneru ta' persuna, jekk hu l-ġeneru assenjat fit-twelid jew ġeneru ieħor, huwa proċess neċessarju għal ħajja dinjituża.

No comments:

Post a Comment