http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=10736
5.12.2010 minn Joe Micallef Stafrace
Bil-mod, iva, imma l-gwerra kontra d-dlamijiet u l-preġudizzji qegħda f'pajjiżna bil-mod il-mod tintrebaħ. Wara l-martirju li indubbjament għaddiet minnu, it-tfajla Joanne Cassar ingħatat mill-Qorti (b'sentenza studjata sew tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili – Sede Kostituzzjonali preseduta wkoll mill-Imħallef R C Pace) dritt li, bħal kull mara oħra tiżżewweġ lill-maħbub tagħha.
Fil-professjoni tiegħi ġejt f'kuntatt ma' każi ta' gender reassignment u dejjem intlaqatt mit-tbatija li jgħaddu minnha dawn in-nies. Tbatija fiżika u morali. Tbatija fiżika minħabba l-kirurġija meħtieġa (u l-flus involuti!). Tbatija morali għax tħossok minn ġewwa bniedma u minn barra tidher mod ieħor – priġunier magħluq f'ġisem li mhux proprju dak tiegħek. Kull jum u f'kull post jinħolqu problemi skont ma' min tagħmilha, ma' min tħabbat wiċċek. Meta mbagħad mingħalik tkun wasalt f'tarf il-vjaġġ – issib ostakli wkoll. Bħalma ġralha Joanne Cassar meta ġiet biex tiżżewweġ lir-raġel li tħobb.
F'affarijiet bħal dawn ma jinteressawnix u ma jimpressjonawnix it-taparsi SIMPATIJI. Spiss b'doża qawwija ta' ipokrisija. Li jgħodd huma l-fatti. Xi drabi saħansitra tweġġa' l-kelma "tolleranza" li taħbi preġudizzju. Qisu xiħadd qiegħed fuq żaqqek u... kemm tittollerah. L-inqas li kienet tistenna, Ms Cassar, wara dak kollu li għaddiet minnu hu li xiħadd jgħidilha li tagħha kien se jkun żwieġ bejn tnejn tal-istess sess!
No comments:
Post a Comment