Monday, 30 January 2012

PL: Vjolenza u mibeghda kontra persuni LGBT inaccettabbli

Stqarrija stampa
23 Jannar 2012

Mahruga minn Evarist Bartolo, Kelliem Ewlieni ghall-Edukazzjoni u Drittijiet Civili

Nhar it-13 ta’ Jannar 2012 fis-7.30pm waqt li kienet ma’ habiba taghha fi pjazza fil-Hamrun, tfajla lesbjana ta’ 16-il sena giet mzebilha u attakkata minn tliet guvintur u spiccat bi mnieher miksur u kellha bzonn il-kura wara li sawtuha u kaxkruha mal-art minn xagharha.

L-incident gie rrapurtat lill-pulizija izda sefajn hu maghrufa ma ttiehdu l-ebda passi konrta dawk li sawtu lit-tfajla ghax hi lesbjana.

Hemm bzonn li l-bullying, il-mibeghda u l-vjolenza li hawn fis-socjeta` taghna: fil-familji, fl-iskejjel, fuq il-postijiet tax-xoghol u f’postijiet tad-divertiment kontra persuni lesbjani, gays, bi-sesswali u trans gender (LGBT) jieqfu.

Hafna minn din il-vjolenza kontra persuni LGBT fis-socjeta` taghna ma tigix irrappurtata fil-media u allura ma tinghatax priorita` fl-agenda nazzjonali.

Persuniu LGBT ghadhom jigu persegwittati fis-socjeta` taghna u fosthom hemm dawk li sahansitra jispiccaw jaghmlu suwicidju.

Il-Partit Laburista jinghaqad ma’ ghaqdiet non-governattivi bhall-Malta Gay Rights Movement, aditus, we are u Drachma Parents’ Group biex il-ligijiet dwar il-mibeghda f’pajjizna jaghtu –protezzjoni lill-persuni LGBT.

Socjeta` li ma thaddanx id-diversita` u tibqa’ tiddiskirmina u teskludi membri taghha la hi gusta u lanqas demokratika.

Stat li ma jaghtix id-drittijiet umani kollha u ma jitrattax indaqs lill-persuni minhabba l-orjentazzjoni sesswali taghhom qed jibghat il-messagg perikoluz li huma persuni nferjuri u ghandhom jigu stmati inqas minn haddiehor.

L-istat ghandu jaghti l-ezempju u jbiddel il-ligijiet kollha li hemm bzonn biex jaghti lill-persuni LGBT d-drittijiet umani kollha li ghandhom ic-cittadini l-ohra.

Evarist Bartolo
Kelliemi ewlieni Laburista Edukazzjoni u Drittijiet Civili

No comments:

Post a Comment