SATURDAY, 10 DECEMBER 2011 20:56 KULLHADD
Id-drittijiet ta' persuni omosesswali u transgeneri huma drittijiet umani, però f'hafna pajjizi madwar id-dinja, inkluz f'pajjizna, minkejja li niftahru bid-demokrazija, drittijiet u l-libertà, ghadna lura minn ugwaljanza fejn tidhol persuni, koppji u familji mmexxija minn persuni b'orjentazzjoni sesswali omosesswali.
L-LGBT Labour innota b'sodisfazzjon li tliet snin wara li l-mexxej Laburista Joseph Muscat beda d-diskussjoni kontra l-omofobija u favur r-rikonoxximent ta' koppji tal-istess sess, din is-sena bdiet diskussjoni politika minn kull partit politiku f'pajjizna dwar drittijiet.
L-LGBT Labour tenna li hasra li l-kliem li ntuza mill-PN kien wiehed vag u l-azzjonijiet ta' wara juru li ma hemmx impenn car favur drittijiet godda ghal koppji tal-istess sess.
L-LGBT Labour temmen li ghadda z-zmien fejn il-komunità LGBT fil-pajjiz tibqa' tigi meqjusa bhala wahda tat-tieni klassi, permezz ta' legislazzjoni li tirregola l-koabitazzjoni, kif qieghed jigi mwieghed mill-Gvern.
L-ugwaljanza titlob li kull persuna, irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali taghha, ghandha tinghata l-istess drittijiet, opportunitjaiet u dmirijiet daqs kull persuna ohra fis-socjetà. Kull bniedem jitwieled hieles u ugwali fid-dinjità u fid-drittijiet.
Ghaldaqstant, l-LGBT Labour tikkundanna bl-iktar mod qawwi l-fatt li ghalkemm il-Gvern u l-legizlatur qeghdin hemm biex, fost l-ohrajn, jipprotegu d-drittijiet tal-minoranzi, dan mhux jigri f'diversi setturi tal-ligi taghna b'rizultat li persuni LGBT qeghdin jigu diskriminati mill-iStat stess.
Ghaliex kull persuna hi um-ana, ghandha d-drittijiet, u ghaliex kull persuna ghandha d-drittijiet, dawn ghandhom jigu protetti mill-Gvern.
Finalment, l-LGBT Labour awgurat li matul ix-xhur li gejjin, mhux biss tkompli u tintemm d-diskussjoni dwar drittijiet indaqs ghal kull cittadin, izda jidhlu ligijiet li jiggarantixxu dawn id-drittijiet u li jipprotegu lil dawk li llum qeghdin jigu diskriminati.
No comments:
Post a Comment