Monday, 6 June 2011

Malta Right Now: Wara li Joanne Cassar ma tingħatax id-dritt li tiżżeweġ: Tibda proċeduri fi Strasbourg u titlob kumpens

http://www.maltarightnow.com/?module=news&at=Tibda+pro%26%23267%3Beduri+fi+Strasbourg+u+titlob+kumpens&t=a&aid=99828602&cid=39
31 ta' Mejju, 2011 17:59 CET

Wara li Joanne Cassar ma ngħatatx id-dritt li tiżżeweġ peress li l-Qorti Kostituzzjonali qalet li taqbel li ma jinħarġux it-tnidijiet taż-żwieġ fil-konfront tagħha, u qalet li l-unika mod li tista' tagħmel dan huwa li talbet l-Parlament Malti b'xi mod jilleġiżżla biex tali żwieġ iseħħ, Cassar li twieldet bħala persuna maskili bdiet proċeduri fil-Qorti Ewropea ta' Strasbourg biex tingħata d-dritt tagħha.

Joanne Cassar anike talbet il-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem biex hija tingħata kumpens għad-danni li qiegħdea u ilha ssofri. Minkejja li Qorti oħra tagħat id-dritt li Cassar tingħata l-għarfien bħala mara u anke jinħarġulha t-tnidijiet taż-żwieġ, l-Qorti Kostituzzjonali minkejja li taqbel li hija tingħata l-għarfien bħala persuna tas-sess femminili dawwret is-sentenza fejn jidħlu t-tnidijiet u għaldaqstant ma tistax tiżżeweġ.

Il-każ imur lura għal Settembru tal-2006 wara li Joanne Cassar, li għamlet operazzjoni biex issir mara kienet għamlet talba flimkien mas-sieħeb tagħha Terence Andilla biex jinħarġu t-tnidijiet biex iż-żwieġ ikun jista' jseħħ. Min-naħa tiegħu, id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku kien ċaħad li dan isir.

Wara din iċ-ċaħda Joanne Cassar ta' 29 sena, permezz tal-Avukati tagħha Jose Herrera u David Camilleri fil-ġurnata tat-Tlieta, 31 ta' Mejju ippreżentaw il-każ fi Strasbourg fejn fetħu kawża għad-danni morali. Kien fi Frar, tal-2007 li Joanne Cassar kienet rebħet battalja legali fil-Qorti Ċivili, preseduta mill-Imħallef Ray Pace, bl-istess Qorti tordna lir-Reġistratur Pubbliku biex joħroġ it-tnidijiet għaż-żwieġ, madankollu din id-deċiżjoni kienet minbdula wara appell li kien sar mill-istess Direttur u l-Avukat ġenerali. Cassar kienet fetħet kawża li biha rebħet id-dritt biex kemm fuq il-karta tal-identita' kif ukoll fiċ-ċertifikat tat-twelid sar it-tibdil neċċessarju li jirrifletti l-partikolaritajiet dwar is-sess ġdid tagħha u anke l-isem li ħadet bħala mara. Ingħad ukoll li l-liġi Malija ma tipprovdiex għal ċirkostanzi li tinsab fihom Joanne Cassar.

Fit-talba li qed tagħmel fil-Qorti ta' Strasbourg Joanne Cassar qalet li dak li għaddiet minnu mhuwa xejn ħlief ksur tad-0drittijiet tal-bniedem, aktar u aktar wara li Qorti f'Malta stess kienet tagħtha l-aċċess li tiżżeweġ bil-Qorti Kostituzzjonali tibdel il-verdett u skont hi qed tmur kontra d-Drittijiet Fundamentali tagħha.

Hija qed tgħid li f'Malta ma ngħatat l-ebda rimedju effettiv. Cassar qed tgħid ukoll li kull min għandu d-drittijiet tiegħu qegħdin jiġu mittiefsa għandu jingħata rimedju xieraq. Qalet lid an ir-rimedju kien ingħata f'Malta mill-Qorti Ċivili, iżda tneħħa mill-Qorti Kostituzzjonali.

No comments:

Post a Comment