Wednesday, 8 June 2011

L-Orizzont: L-MGRM jawgura li drittijiet u responsabbiltajiet individwali jingħataw lil gruppi oħrajn minoritarji

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=73323
4.6.2011 minn Charlot Zahra

Il-Malta Gay Rights Move ment (MGRM) laqa b'sodis fazz jon ir-riżultat tar-referendum dwar id-divorzju "fejn l-elettorat lokali esprima il-qbil tiegħu favur l-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni li tippermetti divorzju ċivili".

"Nixtiequ nifirħu lill-Moviment IVA kollu ta' dan is-suċ ċess, kif ukoll lill-votanti kollha li taw sehemhom biex iwass lu għal rebħa daqshekk enfatika," saħaq l-MGRM fi stqarrija għall-istampa.

Fisser kif ir-riżultat tar-refe ren dum "ampjament juri li s-soċjetà Maltija hi altruista u tir rikonoxxi r-realtajiet u bżon nijiet ta' gruppi ta' mino ran za fi ħdanhom".

Ir-riżultat pożittiv tar-refe ren dum favur id-divorzju "juri l-kwalitajiet ta' kompassjoni, tolleranza u aċċettazzjoni," saħaq l-MGRM fl-istqarrija tiegħu.

Dan jimmarka mument im portanti fl-evoluzzjoni tas-soċ jetà Maltija, "waħda li fiha l-libertajiet ċivili jistgħu jibdew jiffjorixxu, u d-drittijiet u r-res­ponsabbiltajiet individwa-li jin għataw lil gruppi ohrajn mi noritarji," awgura l-MGRM.

B'mod partikolari, hu żmien "li drittijiet sinjifikanti u sostanzjali jiġu introdotti fil-konfront tal-komunità LGBT loka li, drittijiet li jirriflettu l-bżon nijiet u l-aspirazzjonijiet ta' koppji u familji," temmet tgħid l-istqarrija tal-MGRM.

No comments:

Post a Comment