http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=11812
19.6.2011 minn Fr Colin Apap
Fr Colin,
Rajtek fuq Education 22 TV fil-programm Għażliet. Is-suġġett kien 'L-Omosseswalità. Kif għandha tkun l-attitudni tagħna bħala nsara lejn dawn ħutna? Għaliex għad hawn tant stigma kontra persuni li huma omosseswali?'
Għoġobtni ħafna kif kont delikat u għedt dak li kellek xi tgħid b'awtorità.
Għentni nifhem għaliex il-bniedem jitwieled omossesswali.
Għaddejt messaġġ ta' aċċettazzjoni u tjubija; ta' wieħed li jaf iħobb u jagħder.
U rnexxielkom taffrontaw – il-biżgħat li tħoss u li tgħaddi minnhom persuna omossesswali. Dejjem kelli biża' kif omm trid tiffaċċja lil binha meta jgħidilha li hu omosesswali u x'għandha tirreaġixxi.
Il-kondutriċi Christine Delicata kienet tajba ħafna u rnexxielha ssaqsi d-domandi u ħarġet tweġibiet konvinċenti mill-panel. Kontu panel verament tajjeb u rnexxielkom tgħallmu ħafna b'dak li għedtu.
Jiena kont waħda minn dawk li kelli ħafna preġudizzji kontra l-omosesswali. Kelli moħħi u qalbi b'dawk li jikkwotaw l-Iskrittura u l-ħin kollu jtanbru li Alla hu kontra l-omosesswali.
Mill-programm tagħkom fhimt li Alla mhux biss mhux kontra l-omosesswali imma għal kuntrarju Huwa jħobbhom u jaċċettahom kif inhuma. Alla hu Missier ħanin u bħall-Iben il-Ħali jilqa' bil-qalb kemm lill-Iben iż-żgħir u kemm lill-Kbir.
Grazzi mill-ġdid tal-imħabba li tippriedka u tat-tama li tagħti lil kulħadd.
Il-minoranzi li għandna f'pajjiżna għandhom bżonn ta' saċerdoti u lajċi mpenjati li minflok iwasslu n-nar tal-infern u l-kundanni, kapaċi jagħtu t-tama u l-ħniena ta' Alla l-Missier.
Kieku taf kemm għamiltu ġid lil dawk il-familji li kienu jwarrbu lil uliedhom omosesswali jew leżbjani. Bħalma għedt int, jekk bniedem iħoss li lanqas ommu stess mhi qiegħda taċċettah mhux bil-fors jiddispra? Din x'reliġjon ta' mħabba hi?
Kompli agħmel il-ġid u berikni.
Anna M. Flora
Il-fatti dwar kif tikkwota l-Bibbja fil-kuntest tagħha
Nirringrazzjak tal-apprezzament. Biex inkun sinċier jiena wkoll bqajt mistagħġeb b'dak il-programm soċjo-reliġjuż li mtella' minn saċerdot professjonist u tim verament li jafu xi jridu. Kelli l-preġudizzju – għax ma tantx nara television Malti reliġjuż – li kont naħseb li programmi bħal dawn ma jsirux hawn Malta għax ikun hemm min jibża' li jirrita lill-kattoliċi. Kont naħseb li hawn min iktar japprezza li jżomm lill-kattoliċi Maltin fl-injoranza milli jaffronta temi jaħarqu bħall-omosesswalità, transgender, eċċ.
Imma qed nieħu gost li kont imqarraq.
It-tim taċ-Ċentu Animaz-zjoni Missjunarja (CAM) taħt id-direzzjoni professjonali ta' Fr Louis Mallia MSSP qegħdin jagħtu kontribut siewi għall-iżvilupp ta' kattoliċi Maltin maturi li kapaċi jwasslu mes-
saġġ pożittiv ta' tama u mħabba.
Il-professjonalità ta' Chris-tine Delicata laqtittni. Għandna bżonn ta' iktar lajċi bis-sens bħalha. Mingħajr isteriżmu.
Nixtieq nerġa' ngħid kemm hawn min jagħmel ħafna ħsara lill-bnedmin sħabu meta tkun użata l-Kelma t'Alla biex tkabbar il-mibegħda lejn minoranzi bħalma huma l-omosesswali.
L-Omosesswali jagħmlu bejn 5 u 15 fil-mija tal-popolaz-
zjoni. Min hu veru omoses-swali jitwieled hekk u ma jistax jitbiddel. Lanqas bl-iktar operazzjonijiet biżarri u terapiji psikoloġiċi li tista' tivvinta min ma jridx jaċċetta n-natura kif ħalaqha Alla – min jitwieled omosesswali hekk kien u hekk se jibqa' għomru kollu sal-mewt.
Min jgħid li Ġesù jbiddel l-omosesswali biex iġibu 'straight' ikun qed jabbuża mill-Isem ta' Ġesù. Ifisser li Ġesù jrid li min jitwieled omosesswali jfisser li għandu xi ħaġa ħażina, hu pervers, ħażin, u għalhekk irid jitbiddel u la m'hawnx terapiji biex ibiddluh irid imur għand Ġesù biex ibiddillu n-natura tiegħu jew tagħha.
M'hemm xejn iktar 'il bogħod mill-verità.
Ġesù, iva, iħobb lil kulħadd kif inhu. Ġesù ma jridx li nbid-dlu n-natura tagħna. Huwa Alla l-Ħallieq li ħalaq in-nies omosesswali u jridhom jgħixu l-milja tagħhom ta' bnedmin sħaħ skont l-imħabba tiegħU.
L-Alla tal-Antik Testment
Hawn min l-Iskrittura jużaha qiesha "copy and paste" u jik-kwota biss fejn jaqbillu u jħalli barra passaġġi oħrajn. Skont alla tal-Antik Testment ikun jistħoqqlu l-piena tal-mewt kull min:
jisħet lill-ġenituri;
jagħmel adulterju;
l-omosesswalità;
bestjalità (anki l-annimal irid jinqatel, miskin!);
min jaħdem is-Sibt.
Dawn insibuhom fil-Ktieb tal-Levitiku Kap 20.
U fil-Ktieb tan-Numri Kap 15 insibu li Ulied Iżrael iħaġġru lil dak ir-raġel li mar jiġbor xi friegħi nhar ta' Sibt. Joqtluh għax 'ħadem' is-Sibt!
Probabbilment dawn ma kinux jagħmlu hekk. Imma min jikkwota l-Iskrittura mingħajr ma jaf bil-kritika letterarja, il-kuntest storiku li fih inkitbu l-Kotba Mqaddsa, it-traduzzjoni tal-lingwa ori-
ġinali għal dik tal-lum, l-istu-dju tal-Grieg antik bħal f'San Pawl (1 Korinti 6:9 u 1 Timotju 1:9) fejn "arsenokoitai" kienet tradotta minflok "pederast" li tirreferi għal min jabbuża mit-tfal, pedofilja, u irġiel li miżżewġa li jkollhom sess anali ma' marthom stess. L-istudjużi ta' San Pawl isostnu li ma kienx qed jirreferi għall-omosesswali kif nifhmuhom illum.
Min jistudja Rumani 1:26-27 – Rumani 1:21-23 jaf sew li San Pawl kien qed jitkellem dwar dawn in-nies li kienu jafu b'Alla imma xorta waħda aduraw l-idoli. Huma dawn in-nies li jaduraw allat foloz li Alla jwarrab (u wħud minnhom jistgħu jkunu wkoll omosesswali imma mhux b'riferen-za għalihom esklussivament). L-iskop ta' San Pawl kien biex juri li l-insara għandhom jaħarbu l-idolatrija ta' allat foloz u mhux biex jitkellem dwar l-omosesswali.
Levitiku 18:22 u 20:13 jekk tara l-kapitli kollha 18 u 20 juri ċar (Levitiku 18:3) "Tagħmilx bħalma dawk fl-Eġittu, fejn kont tgħix; u tagħmilx bħalma jagħmlu f'Kanaan fejn se nieħdok. Tagħmilx bħalhom" u l-istess f'kapitlu 20. Alla qed jgħid lil-Lhud biex ma jimxux skont ir-RITI pagani tal-Eġizzjani u l-Kanaaniti li bosta drabi kienu jinkludu l-prostituzzjoni bejn l-irġiel u orġji. Dawn il-kapitli jikkun-dannaw ir-riti sesswali bħala parti mill-kult fit-tempju.
Ovvjament, min jieħu l-Iskrittura b'mod letterali jitħawwad u ma jkunx qed isegwi xi jrid jgħidilna Alla. Alla jitkellem fl-Iskrittura permezz tan-nies li kitbuha. Dawn, l-awturi umani tal-Kelma t'Alla, jagħmlu użu minn ġrajjiet, ħrejjef, eċċ. ta' żminijiethom biex iwasslu l-messaġġ reliġjuż li jrid iwassal Alla lill-Poplu tiegħu.
Biex tifhem il-messaġġ reliġjuż tal-Kelma t'Alla, l-Iskrittura, trid tifhem il-kuntest bibliku, is-sintassi li tintuża, il-forom letterarji, eċċ. Ma tistax tieħu vers jew tnejn, toħroġhom barra mill-kuntest storiku tagħhom, u tinterpretahom bi standards moderni. Kull min jittraduċi kotba storiċi – bħalma hija
l-Bibbja – jaf b'din il-metodo-loġija. Kull xjenzjat, studjuż tal-affari tiegħu, jaf li ma jistax jieħu kelma jew tnejn meħudin f'kuntest storiku ta' eluf ta' snin ilu u taqlibhom litteralment, kelma b'kelma, f'sintassi, moderna. Min jagħ-mel hekk, ikun qed iqarraq bih innifsu u bl-oħrajn.
Id-diżastri naturali "Acts of God"?
Min jinterpreta l-Bibbja b'mod litterali se jsib bosta problemi: il-Bibbja tgħid li d-dinja hija kwadra, ċatta; l-ewwel bnedmin kellhom x'jaqsmu flimkien bejn l-istess familja, inċest, biex tkabbret l-umanità; id-dulluvju nsibuh fil-mitoloġiji kollha ta' żmien il-Lhud, bl-isem ta' Noe jsir Gilgamesh, eċċ.
It-tsunami jridu jispjegawh bħala xi kastig t'Alla u t-terremoti ta' dan l-aħħar iridu jis-pjegawhom għax Alla rrabjat għalina għax se jidħol id-divorzju. Katastrofi naturali, għax jiċċaqalqu t-"tectonic plates", jinterpretawh bħala kastig minn Alla. L-aħħar tad-dinja ilhom jgħidu li waslet minn jaf kemm-il darba u jinterpretaw l-Iskrittura eżatt!!
Hitler, għall-"ġid komuni" kien juża l-Iskrittura biex qatel sitt miljun Lhudi "il-qattiela t'Alla"; ried jeqred lill-gypsies, il-ħandikappati u lill-omosesswali!
Min hu mimli bil-preġudizzji kontra l-omosesswali juża l-Iskrittura biex isawwathom.
James Nixon, ta' 12-il sena, kien imur l-iskola b'T-shirt tgħid:
"Homosexuality is a sin.
Islam is a Lie
Abortion is murder
Some issues are just black and white"
Id-diriġenti tal-Iskola, f'Ohio, giegħluh ineħħi dan il-"hate speech". Il-ġenituri tiegħu tellgħu l-Iskola l-Qorti u l-Qorti tagħthom raġun għax għalkemm qed jabbuża mil-libertà tal-kelma imma rebaħha fuq "freedom of religion".
Il-persekuzzjoni tal-omosesswali tibda bl-użu tal-"Kliem sagri" fl-Iżlam jew fil-kulturi ġudeo-kristjani. Fl-Afganistan, it-Talibani, jaqbdu l-omoses-swali u jidfnuhom ħajjin – jitfgħulhom ħajt tal-ġebel fuqhom u jarawhom imutu bil-mod il-mod.
Sal-1967 fl-Ingilterra stess kienu għadhom jikkastraw lill-omosesswali.
Fl-1954 il-matematiku Alan Turing (li rnexxielu jiskopri Enigma Codes tan-Nażi) u salva miljuni ta' ħajjiet, kellu jagħmel suwiċidju għax kien omosesswali u tefgħuh fil-ħabs u kellu jingħata "hormone injections", ikabbar sidru, u jgħaddi mill-umiljazzjonijiet ta' sħabu l-ħabsin li jabbużaw minnu.
Pasturi bħal Rev Jerryu Falwell, fundatur ta' Liberty University, jgħid
"AIDS is not just God's punishment for homosexuals; it is God's punishment for the society that tolerates homosexuals"
Il-Pastur Pat Robertson, fundatur tal-Christian Coali-tion, kandidat presidenzjali fl-1988, jgħid li l-omosesswali jridu jiġu fil-knejjes kristjani u jobżqu d-demm biex jagħtu l-AIDS lin-nies li jmorru l-knisja!
Il-Pastur Fred Phelps, tal-Westboro Baptist Church, jgħid "God hates Fags and Fag enablers". Organizza 22,000 dimostrazzjoni kontra l-omosesswali u għandu 'slogans' li jgħidu; "Thank God For Aids".
Iva, diżgrazzjatament, min
juża l-Iskrittura biex isawwat lill-gays, jikkwota barra mill-
kontest passaġġi jew sentenzi tal-Kelma t'Alla, jasal biex jekk ma nwaqqfuhx jibda jgħidilna li l-għeltijiet kollha tas-soċjetà huma għax hawn l-omosesswali. Joħolqu mib-
egħda tant kbira kontra l-omosessewali li mbagħad il-persekuzzjoni u l-qtil tagħhom tibda tkun deskritta bħala r-Rieda t'Alla!
Barra mill-gays jeħlu magħ-hom ukoll il-Palestinjani għax jikkwotaw l-Iskrittura li t-Territorji Okkupati huma ta' Iżrael għax hekk jgħid Alla! Addio drittijiet tal-bniedem, riżoluzzjonijiet tal-Ġnus Magħquda, inġustizzji mal-Palestinjani... għax hekk jgħid Alla tal-Iskrittura tagħhom.
No comments:
Post a Comment