Sunday, 19 June 2011

Il-Ġens Illum: In-Nazzjonijiet Uniti għaddiet riżoluzzjoni li tirrikonoxxi omosesswali u transesswali d-drittijiet tal-persuni


Għall-ewwel darba in-Nazzjonijiet Uniti għaddiet riżoluzzjoni li tirrikonoxxi d-drittijiet tal-persuni omosesswali u transesswali. Din ir-riżoluzzjoni ġiet deskritta bħala waħda storika mill-Istati Uniti, iżda ġiet ikkritikata minn xi pajjiżi Afrikani u Musulmani.

Id-dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tesprimi tħassib serju dwar abbużi li jsiru fuq xi persuni minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħhom tant li se tikkummisjona rapport globali dwar id-diskriminazzjoni kontra l-persuni omosesswali.

Attivisti tan-Nazzjonijiet Uniti iddeskrievew din ir-rizoluzzjoni bħala waħda storika għax s'issa dejjem kien hemm nuqqas kbir ta qbil dwar din il-kwistjoni.

No comments:

Post a Comment