Tuesday, 7 June 2011

L-Orizzont: Cassar tibda proċeduri fuq livell Ewropew

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=73246
2.6.11

Kif kien mistenni, wara li l-Qorti Kostituzzjonali bidlet deċiżjoni tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili u ċaħħdet id-dritt biex Joanne Cassar tkun tista' tiżżewweġ, dan il-każ tressaq quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Joanne Cassar, fiżikament twieldet bħala raġel iżda f'Settembru tal-2006, meta kellha 29 sena, kienet għamlet operazzjoni biex saret mara u talbet li tkun tista' tiżżewweġ lil dak li kien is-sieħeb tagħ­ha.

Fil-31 ta' Novembru li għadda, il-Prim Awla tal-Qorti Ċi­vili laqgħet it-talba ta' Joanne Cassar biex tingħata d-dritt li tiżżewweġ iżda fil-jiem li għaddew, il-Qorti Kostituzzjonali tat raġun lir-Reġistra-tur taż-Żwieġ meta dan ma ħarġilhiex it-tnedijiet taż-żwieġ.

Wara li t-toroq kollha legali f'pajjiżna ġew eżawriti, l- Avukati Josè Herrera u David Camilleri ħabbru li l-każ tressaq fil-Qorti ta' Strasbourg.

L-istess Qorti ntalbet tagħti kumpens lil Joanne Cassar għad-danni li qiegħda u li ilha ssofri.

No comments:

Post a Comment