Tuesday, 7 June 2011

L-Orizzont: Skopriet li żewġha joħroġ liebes ta’ mara

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=73115
2.6.2011

Żwieġ bejn Malti u barranija kien annullat minħabba li ftit xhur wara li żżewġu, il-mara ndunat li żewġha għandu orjentament omosesswali u qabditu ħiereġ mid-dar lie­bes ta’ mara.

Il-koppja kienet iżżewġet għaxar snin ilu, wara li kulma kien ilhom jafu lil xulxin madwar tliet xhur. Iżda wara konvivenza ta’ sitt xhur, isseparaw, għalkemm xorta baqgħu f’kuntatt ma’ xulxin.

It-talba biex iż-żwieġ ġie ­annullat saret min-naħa tal-mara. Hija sostniet li l-ħajja konjugali bejniethom ma ­kinitx waħda normali, tant li l-att taż-żwieġ qatt ma kien isir u dan minħabba l-or­-­jen­tament omosesswali ta’ żewġha.

Insistiet li dan il-fatt skop­rietu wara ż-żwieġ u anke saret taf li r-raġel kien jilbes ta’ mara u joħroġ hekk regolarment. Dan tafu għax ratu personalment.

No comments:

Post a Comment