Il-Gimgha rajt ftit minn Xarabank u vera tellghali l-istonku ghax huwa minnu li ahna tal-Mazzun ma noqoghdux lura fil-kritika ta’ dak kollu mmuffat, mimli ghanqbut, fundamentalist, fanatiku u intoleranti, izda l-hdura ta’ Gordon-John Manche tassew bezzghatna ghaliex din hija tip ta’ hdura li thaddar lil haddiehor u anke meta kellna battibeki ma’ membri tal-kult tieghu, r-River of Love f’dan il-blog, stajna nhossu li l-intoleranza taghhom mhiex gejja minnhom, izda mill-fatt li huma dghajfa bizzejjed biex jigu nfluwenzati mill-mibeghda ta’ Manche.
Ghalhekk l-isem tal-kongragazzjoni tieghu hija tassew tad-dahk fil-wicc u nsult lil dawk kollha li verament huma toleranti ghall-minoritajiet. Kif tista’ ssejjah lilek innifsek li tnixxi xmara ta’ mhabba meta inti daqshekk intoleranti u iebes fi kliemek u ghemilek lejn min ma jaqbilx mieghek u hlief gelgul ta’ mibgheda ma johrogx minn fommok?
Ahna nissugerixxu lill-martu, Mariella l-Psikologa taghmillu naqra psikoanalizi ucouncelling ghax ir-ragel taghha ghandu problemi serji li jidhru f’ghajnejh ghax kull darba jitkellem fuq l-omosesswali jew fuq dawk li ma jaqblux mieghu, jibda’ jtir ix-xrar tal-hdura minnhom!
Dan il-bniedem mhux biss huwa intoleranti, izda fanatiku—tahlita tal-biza’ li meta tigbed in-nies tghallimhom jistmerru lil dawk li l-mexxej taghhom ma jaqbilx maghhom. Ghalxejn jikkwota mill-Bibja siltiet ta’ l-imhabba t’Alla meta hu ghandu daqshekk mibgheda u hdura qalila ghall-omosesswali fih.
Halliha li dan Manche ihawwad ghax daqqa jikkwota siltiet t’imhabba u moghdrija mill-Bibja, imbaghad jikkwota xi silta tal-wahx mill-antik testament mimlija mibgheda u massakkri, li zgur li tispicca thawwad lil dawk li jahsbu li Alla huwa verament imhabba bla qies.
Ahna tal-Mazzun li ghandna fostna min hu intiz sew fil-Bibja daqs Manche jew aktar, insostnu li l-Bibja tista’ tuzaha biex tippriedtka hafna mhabba jew biex tippriedtka hafna hdura.
Issa l-body language ta’ Gordon-John Manche tispara messaggi t’intolleranza u mibgheda minkejja li l-hin kollu sejjer li jhobb lil kulhadd ghax mibghut minn Alla. Fid-Dinja, kulhadd jaf li mhux li tghid importanti, izda x’taghmel!
Jekk l-attivitajiet tar-River of Love qed jghinu biex tikber il-mibgheda lejn xi minorita’, mela Manche qed ixerred il-hdura u ahjar jara kemm hu vera agent t’Alla ghax aktar jagixxi bhala agent tax-xitan; u jiftakar li x-xitan jista’ jinqeda bin-nies t’Alla stess bhalma ghamel fil-Bibja!
Ninsabu certi li fix-Xarabank tal-Gimgha, l-aktar li hadu gost kienu dawk l-omofobici u l-Knisja Kattolika li kienet l-unika istituzzjoni li f’Dicembru 2008 ma ffirmatx id-dikjarazzjoni fuq l-orjentazzjoni sesswali li parti minn kienet tghid li taht l-ebda cirkustanza l-omosesswalita’ m’ghandha tigi ppenalizzata bhala att kriminali.
Dan ghaliex f’diversi pajjizi l-omosesswali huma arrestati, torturati u anke maqtula. Konna nistennew li bhala r-raprezzentant tal-Kattolici li jemmnu f’Alla li jhobb lil kulhadd indaqs u li hu mhabba bla qies, il-Papa jiffirmaw din id-dikjarazzjoni mill-ewwel u mhux jaghti ezempju daqshekk hazin u jzommuha d-dikjarazzjoni lura.
Fl-ahhar mill-ahhar, Gordon-John Manche mhux jaghmel pjaciri lilu nnifsu jidher fuq it-televizjoni u jobzoq il-hdura hekk kif ixejjer il-Bibja f’idu. Ahna wasalna ghall-konkluzjoni li hu daqshekk kontra l-omosesswali ghaliex probabli ghandu tendenzi omosesswali u biex jikkompensa ghalihom qieghed johrog aktar bil-hdura kontrihom.
Din ta’ Evangelisti u tele-Evangelisti jitkellmu bi hdura kontra l-omosesswalita’ li mbaghad ikun omosesswali huma mhiex xi fenomenu gdid, l-aktar fl-Istati Uniti fejn Ted Haggard, Paul Barnes u aktar ricenti George Alan Rekers u Albert Odulele lkoll kellhom relazzjonijiet ma’ rgiel ohra u spiccaw inqabdu. Meta investigaw l-assi taghhom sabu li kellhom miljuni kbar ta’ dollari l-bank u eluf kbar ta’ segwaci.
No comments:
Post a Comment