30.5.11 minn Dr Neil Falzon jitkellem ma' Gaetano Micallef
Wara li f'Ottubru li għadda ngħatat id-dritt minn qorti li tista' tiżżewweġ, ftit tal-jiem ilu Joanne Cassar ingħatat l-aħbar li qorti oħra kienet neħħitilha dan id-dritt. NEIL FALZON, avukat li jaħdem favur id-drittijiet tal-bniedem, jgħid lil GAETANO MICALLEF x'jaħseb dwar din il-kwistjoni.
Kont sorpriż li l-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kienet laqgħet it-talba ta' Joanne Cassar biex tiżżewweġ? U għaliex?
Ma kontx sorpriż mal-ewwel deċiżjoni għax id-dispożizzjonijiet fil-Kodiċi Ċivili joffru l-possibilità lill-persuni transġeneri li jkollhom il-ġeneru affermat tagħhom rikonoxxut mil-liġi.
Kont kuntent ħafna li l-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili waslet għal dik il-konklużjoni għax dik hi fil-fatt l-intenzjoni aħħarija tad-dispożizzjonijiet… jiġifieri li persuna tgħaddi minn varji stadji biex tafferma l-ġeneru tagħha u dawn l-istadji, jew il-konklużjoni tagħhom jiġu aċċettati mill-Istat.
U kont sorpriż li wara din id-deċiżjoni tiġi l-Qorti Kostituzzjonali u tibdilha?
Minn banda kont sorpriż. Għax din is-sentenza tmur kontra l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fejn din qalet li persuna transġenera li tkun għamlet l-operazzjoni biex tbiddel is-sess tagħha għandha jkollha d-dritt li tiżżewweġ.
Min-naħa l-oħra nafu li l-politika tal-Gvern, anke riflessa f'ħafna sentenzi tal-qrati tagħna, hi li persuni transġeneri li jkunu għamlu l-operazzjoni għat-tibdil tas-sess jibqgħu tal-ġeneru mogħti wara t-twelid.
Barra minn hekk, il-politika Maltija, kif ukoll it-tendenza tal-qrati, hi waħda kemmxejn tradizzjonali u konservattiva f'dak li jirrigwardja ż-żwieġ.
L-istess Qorti Kostituzzjonali qalet li t-tnidijiet taż-żwieġ ma setgħux jinħarġu għax matul is-smigħ tal-appell Joanne ma baqgħetx f'relazzjoni ma' persuna bil-ħsieb li tiżżewweġ. Dan ifisser li kieku baqgħet mal-maħbub tagħha kien ikollha dritt tiżżewġu jew le?
Le. Il-Qorti Kostituzzjonali qalet li Joanne m'għandhiex ikollha d-dritt li tiżżewweġ imma li l-liġi għandha toffrilha l-possibilità li tidħol f'dik li l-l-istess qorti sejħitilha "sħubija tal-ħajja". Jiġifieri anke li kieku kellha għarus, Joanne ma setgħetx tiżżewġu bis-saħħa ta' din is-sentenza.
Fis-sentenza tagħha l-Qorti Kostituzzjonali m'eskludietx li ma kienx hemm indħil fil-ħajja privata tagħha. X'indħil jista' jkun hemm fil-ħajja ta' persuna transesswali?
L-indħil f'dawn il-każijiet huwa essenzjalment il-fatt li l-Istat ikun qiegħed jirrifjuta li jirrikonoxxilek l-identità tiegħek bħala mara jew raġel.
L-Istat qiegħed jgħid: "għamel l-operazzjoni… irranġa l-Kartà tal-Identità tiegħek u l-passaport u dokumenti oħra imma għalina inti tibqa' tal-ġeneru li ġie assenjat lilek meta twelidt".
Għal kull finjiet ta' liġi, l-Istat mhux qiegħed jagħraf li din il-persuna hija mara jew raġel skont kif affermat ruħha.
L-istess qorti qalet ukoll li fis-sitwazzjoni li tinsab fiha llum Joanne la tista' tifforma sħubija ma' raġel u lanqas ma' mara. Ma taħsibx li din hija pożizzjoni kontradittorja fil-liġi?
Iva, hekk naħseb. Imma nixtieq nenfasizza li mhux ġust li l-qorti tgħid li Joanne tista' tiċċaħħad mid-dritt li tiżżewweġ jekk ikun hemm forma oħra ta' sħubija. Joanne hija mara u bħala mara għandha jkollha d-drittijiet kollha li jgawdu n-nisa kollha l-oħra. Fosthom li tiżżewweġ.
Il-qorti tuża l-frażi "sħubija" u mhux żwieġ. Huwa ġust dan? Jekk jingħataw il-possibilità li jidħlu fi sħubija, din is-sħubija għandha tissejjaħ "żwieġ"? U d-drittijiet li jkollhom għandhom ikunu simili għal ta' koppji oħra "normali"?
Joanne għandha d-drittijiet kollha li għandhom in-nisa u mhux livell inferjuri ta' drittijiet. Għax hi mara transġenera. Is-sħubija ma tistax tieħu l-post taż-żwieġ għax mhumiex l-istess ħaġa.
Il-moviment favur id-drittijiet tal-gays (MGRM) qal li l-bniedem għandu jiddeċiedi hu ta' liema sess iħoss li hu, li l-Istat huwa fid-dmir li jirrispetta l-identità magħżula u li jekk le jkun qiegħed jikser id-dritt tal-individwu. Taqbel?
Iva. Naqbel mija fil-mija. Jekk wieħed jikkunsidra li l-ġeneru tiegħek, jiġifieri jekk intix mara jew raġel, huwa parti essenzjali tal-identità tiegħek… parti kruċjali minn kif inti tippreżenta ruħek lid-dinja… allura bilfors wieħed għandu jaċċetta li l-ebda forma ta' ndħil m'għandu jkun permess. La mill-Istat, la mill-familja, la minn tobba u lanqas mis-soċjetà.
L-identità tiegħek, u għalhekk il-ġeneru tiegħek, hija l-iktar ħaġa importanti li għandek… l-iktar ħaġa personali li qatt jista' jkollok.
Jekk persuna li twieldet b'dehra ta' raġel u għamlet l-operazzjoni biex saret b'dehra ta' mara tingħata d-dritt mill-Istat li tiżżewweġ raġel, l-Istat ikun qiegħed jiftaħ il-bibien għaż-żwieġ bejn il-gays jew mhux neċessarjament?
Le, assolutament le. Joanne trid tiżżewweġ raġel għax hi mara u mhux għax hija raġel gay. Hemm differenza bejn transġenera u gay. Persuni gay jixtiequ jkollhom relazzjonijiet inter-personali ma' persuni tal-istess sess mentri persuni transġeneri jistgħu jkunu gay u jistgħu jkunu 'straight'.
Persuni transesswali għandhom id-dritt jibdlu l-karta tal-identità biex fuqha jitniżżel is-sess "il-ġdid". Hija sempliċimnet proċedura biex il-pesuna ma timbarazzax ruħha meta tiġi biex tippreżentaha fil-pubbliku jew tfisser xi ħaġa iktar?
Skont il-Gvern Malti, u skond is-sentenza, iva. Din il-proċedura hija biss waħda kożmetika. Jiġifieri waħda mingħajr effetti.
Il-liġijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem huma ċari: persuni li jkunu għamlu l-operazzjoni għat-tibdil tas-sess għandhom jiġu trattati minn kulħadd bħala persuna tal-ġeneru affermat. Inkluż mill-Istat u l-liġijiet.
Din hija wkoll l-interpretazzjoni li wasslet għaliha l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja jiġifieri l-Qorti ta' l-Unjoni Ewropea.
Hawn min jgħid li l-Istat għandu jħallas għall-operazzjoni li jagħmlu t-transesswali. Huwa dritt tagħhom jew le? Kemm tista' tobbliga l-Istat biex jagħmel dan?
Jien naħseb li l-operazzjoni għat-tibdil tas-sess hija operazzjoni li tista' tiġi kkunsidrata bħala waħda neċessarja għas-saħħa u għall-għajxien dinjituż tal-persuna u għalhekk ngħid li iva, l-Istat għandu joffri għajnuna finanzjarja biex persuni transġeneri jagħmlu dan l-intervent.
Irridu niftakru li persuna transġenera li tasal għall-konklużjoni li għandha bżonn tagħmel l-operazzjoni – wara proċess diffiċli li jinvolvi tobba, psikjatri u psikologi – ma tistax tgħix ħajjitha jekk ma tagħmilx l-operazzjoni.
Mhix kwistjoni ta' vanità jew kirurġija plastika biex, per eżempju, tneħħi t-tikmix. L-operazzjoni li jgħaddu minnha t-transesswali hija serja ħafna u b'ħafna riskji iżda li mingħajrha persuni transġeneri sempliċiment ma jistgħux jgħixu ħajja dinjituża fejn imorru. Fosthom fl-iskola jew fuq il-post tax-xogħol. U anke tostakolahom milli jkollhom relazzjonijiet intimi u emozzjonali.
Int ħejjejt Trans Gender Act li ġie ppreżentat fil-Parlament. X'qiegħed tipproponi fih?
Fil-proposta li fassalt għall-Malta Gay Rights Movement ipproponejt serje ta' tibdil fil-liġi li għandna llum.
Essenzjalment qegħdin ngħidu li kull persuna għandha d-dritt tidentifika ruħha bħala mara jew raġel u li din l-identifikazzjoni għandha ssir mill-individwu u mhux mill-Istat, minn tobba jew mill-familja.
Qegħdin ngħidu wkoll li din l-identifikazzjoni bħala mara jew raġel għandha tiġi rikonoxxuta fil-liġi mhux biss għat-tibdil tad-dokumenti imma għal kull aspett bħaż-żwieġ u l-età meta wieħed jirtira.
Barra minn hekk nixtiequ li biex persuna tbiddel il-ġeneru tagħha fuq il-karti personali tagħha m'għandhiex għaliex tgħaddi minn proċess fil-qorti għax huwa proċess li jinvolvi spejjeż u proċeduri li jafu joffendu lill-persuna.
Qegħdin ngħidu wkoll li mhux ġust li biex persuna tbiddel il-dokument personali għandha bilfors tagħmel l-operazzjoni għat-tibdil tas-sess. Dan għax l-Istat ma jistax jobbliga persuna li tagħmel intervent mediku kontra l-volontà tagħha speċjalment fejn l-operazzjoni tinvolvi ħafna spejjeż u riskji għas-saħħa u l-ħajja tal-persuna.
Il-liġi tal-lum tgħid li persuna transġenera li tkun miżżewġa ma tistax tibdel id-dokumenti tagħha anke jekk tkun għamlet l-operazzjoni. Ma naħsbux li huwa ġust li l-Istat ma jippermittix persuna miżżewġa li tgħaddi minn dan il-proċess u għalhekk qegħdin nipproponu t-tneħħija ta' dan ir-rekwiżit.
Mill-esperjenza tiegħek liema huma l-ikbar diskriminazzjonijiet li jsofru t-transesswali?
Hemm ħafna diskriminazzjoni kontra l-persuni transġeneri. Kemm dawk li jkunu għamlu l-operazzjoni kif ukoll dawk li, għal xi raġuni, ma setgħux jagħmlu dan l-intervent.
Per eżempju, diffiċli li jsibu xogħol jekk fuq il-Karta tal-Identità hemm miktub 'mara' u għall-'interview' jkollok raġel. Fl-iskejjel jaf ikun hemm ħafna 'bullying'. F'postijiet li joffru servizzi bħall-banek, ħwienet u uffiċini pubbliċi jaf ikun hemm xi kummenti jew trattament differenti u umiljanti.
U bil-każ ta' Joanne naraw ukoll diskriminazzjoni fl-interpretazzjoni tal-liġi li jwassal għall-projbizzjoni fuq iż-żwieġ. Hemm ukoll rapporti ta' inċidenti vjolenti ta' swat, abbuż fiżiku jew psikoloġiku u anke stupru.
Biex nerġa' ndur fuq il-każ ta' Joanne. L-avukati tagħha beħsiebhom jieħdu l-każ quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. X'taħseb li se jkun l-eżitu hemmhekk? Il-liġi Maltija u dik Ewropea huma simili jew differenti f'dan ir-rigward?
M'għandix dubju li l-Qorti fi Strasburg se tirreferi għall-ġurisprudenza tagħha fejn diġà kellha każijiet bħal ta' Joanne u qalet b'mod ċar ħafna li persuni transġeneri li jkunu għamlu l-operazzjoni għat-tibdil tas-sess għandhom ikollhom id-dritt li jiżżewġu.

No comments:
Post a Comment