http://www.orizzont.com.mt/FullArticle.php?ID1='Opinjoni'&ID2=92440
3.7.12 Opinjoni minn MARIETTE BORG - Move
BĦALA żagħżugħa li ninteressa ruħi fil-politika lokali, inħoss li l-intelliġenza tiegħi qiegħda tiġi nsolentata b’diversi modi. Li gvern ikun wasal fi stat li jipprova jinsolenta l-intelliġenza tal-individwu, ma jkun baqalu l-ebda dinjità.
Il-politika tal-passat
Minix tip ta’ persuna li nħobb nitkellem fuq il-politika tal-passat, anzi, pjuttost persuna li lesta li nitkellem fuq il-politika preżenti kif ukoll il-politika ta’ għada. Dak il-partit li jitkellem fuq il-politika tal-passat huwa dak il-partit li m’għandux fuq xiex jikkritika fil-preżent u hu partit mingħajr ideat għall-futur u saħansitra mhux kapaċi jiddiskuti l-preżent minħabba li hu mogħmi mill-poter. Iż-żgħażagħ iridu ideat ġodda għall-futur tagħhom. Iridu gvern li lest li jinnegozja mal-barrani biex iġib investiment f’pajjiżna u għalhekk iż-żgħa żagħ ikollhom aktar opportunitajiet mingħajr ma jkollhom għalfejn imorru f’pajjiż ieħor.
Dan minħabba l-fatt li pajjiżna ma joffrix opportunitajiet f’dak is-settur li jkunu qattgħu bosta snin jistudjaw fih. Tajjeb li żagħżugħ ikollu opportunitajiet mifruxin f’bosta setturi f’Malta kif ukoll barra minn xtutna, però huwa tajjeb ukoll li dawk iż-żgħażagħ li jispeċalizzaw f’settur partikolari ma jkunux imġiegħlin jitilqu minn pajjiżna għax pajjiżna ma jkunx joffri dawn l-opportunitajiet.
Huwa faċli li toħloq ‘slogan’ għall-konvenjenza bħal “Kburin b’pajjiżna għax nemmnu f’pajjiżna” milli dan tagħmlu fil-verità u ż-żgħażagħ iħossu dan fil-verità.
LGBT
Nhar is-Sibt, 30 ta’ Ġunju, l-MGRM reġgħu, bħal kull sena ċċelebraw il-“Gay Pride”. Din il-“Pride” issir biex l-LGBT juru l-pożiżżjoni tagħhom kontra d-diskriminazzjoni u l-vjolenza fost l-oħrajn. Hija tal-mistħija li qegħdin f’2012 u pajjiżna għadu ma jirrikonoxxix koppji omosesswali bħal koppji uffiċjali. Esponenti u nies konfessjonali tal-Partit Nazzjonalista, milli jidher għadhom ma tgħallmux li hemm differenza bejn drittijiet ċivili u dawk reliġjużi. Huwa mportanti li wieħed jagħ mel distinzjoni ta’ dan.
Agħtu lil Ċesri dak li hu ta’ Ċesri, u lil Alla dak li hu ta’ Alla – nemmen li l-Knisja għandha kull dritt tagħti l-opinjoni dwar dan, però għandu jkun hemm distinzjoni bejn drittijiet li huma mogħtijin mill-istat għal dawk mogħtijin mill-istitutuzzjoni reliġjuża. L-istat huwa għal kulħadd, irrelevanti mill-orjentazzjoni sesswali tiegħek, ir-reliġjon li tipprattika u l-kulur tal-ġilda tiegħek.
Importanti nifhmu li mhux faċli li persuna tistqarr mal-familja tagħha li hija għandha orjentazzjoni differenti. Għalhekk, huwa mportanti li s-soċjetà tagħmilha aktar faċli għall-komunità LGBT biex tintegra fis-soċjetà għax diġà mhux faċli li wieħed jistqarr mal-qraba tiegħu, aħseb u ara jekk jaf li se jsib il-bibien magħluqin mis-soċjetà. Kull individwu huwa mportanti, irrelevanti mill-orjentazzjoni sesswali tiegħu.
Mixjin lejn ħames snin ta’ leġiżlatura
“Fragile one seat majority.” Hekk iddeskriviet lill-Gvern Malti “The Economist Intelligence Unit”. Minħabba li GonziPN mhux kapaċi jżomm il-Gvern tiegħu stabbli, il-Parlament Malti spiċċa, sfortunatament, f’ċirklu. Spiċċa jiddiskuti problemi interni tal-Gvern ta’ GonziPN minflok jiddiskuti mozzjonijiet importanti fosthom dawk tal-IVF li baqgħu fuq il-Mejda jistennew il-ħin tagħhom biex jiġu diskussi.
Dan il-Gvern huwa gvern “bi slow puncture” bħalma ddeskrivih diġà Membru Parlamentari Nazzjonalista stess. Dan il-Gvern se jibqa’ mfakkar għall- ‘post cards’ li ntalbu jintbagħtu lil eks-ministru li ri ċentement kellu jirriżenja, iżda l-ebda ‘post card’ ma nbgħatet lil dawk il-ħaddiema li spiċċaw minn xogħolhom minħabba l-inkompetenza tal-Gvern Ċen- t rali għax ma rax l-interess tal-ħaddiem.
L-intelliġenza tal-poplu ma tridx tiġi meqjusa bħala “yoyo”, tilgħab biha kif trid. Il-poplu hu sovran u l-vuċi tiegħu se jsemmagħha dalwaqt.
marietteborg87@gmail.com.
No comments:
Post a Comment