Ħames kandidati Nazzjonalisti għall-Parlament Ewropew kellhom laqgħa ma' membri mil-Malta Gay Rights Movement bħala parti mil-proċess ta' konsultazzjoni li għaddej bih bħalissa l-Partit Nazzjonalista. |
----
Appell biex tkun eliminata d-diskriminazzjoni
13 ta' Lulju, 2008 16:48 CET |
Il-ħidma politika fil-pajjiż għandha tkun fid-direzzjoni li tkun eliminata kull forma ta' diskriminazzjoni.
Jean Pierre Debono, l-Assistent Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, qal dan meta s-Sibt indirizza l-ħames edizzjoni tal-Pride March u l-Festival tal-Gays organizzat mill-Moviment għad-Drittijiet tal-Gays. L-attività saret f'Bay Street.
Hu tkellem ukoll dwar ir-rispett lejn id-diversità, l-ugwaljanza u l-inklużjoni u rringrazzja lill-Moviment għall-invit li sar lill-PN biex jattendi għall-attività.
Għall-attività attendew diversi rappreżentanti tal-partiti politiċi fosthom il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista David Agius.
No comments:
Post a Comment