Tuesday, 21 July 2009

It-Torċa: Issir il-Gay Parade fil-Belt... L-ugwaljanza hija dritt ta' kulħadd

http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=8128
19.7.9 minn John Pisani

Madwar 150 persuna lbieraħ filgħodu ħadu sehem fil-parata annwali organizzata mill-Malta Gay Rights Movement li fiha ħadu sehem ukoll bħala appoġġ ta’ solidarjetà rappreżentanti miż-żewġ naħat tal-Kamra tad-Deputati u diversi għaqdiet fosthom il-GWU Youths.

Il-messaġġ ewlieni kien li l-ugwaljanza hija dritt ta’ kul-ħadd u ħadd m’għandu jkun diskriminat minħabba raġuni-jiet ta’ razza, twemmin jew l-orjentazzjoni sesswali. L-atti-vità tal-bieraħ bdiet minn Mis-raħ il-Ħelsien fil-Belt Valletta b’dawk li ħadu sehem imxew wara streamer li kien jgħid “If you’re not outraged, you’re not paying attention” (Jekk m’intix irrabjat, m’intix attent). Huma mxew fi Triq ir-Repubblika, daru għal Triq San Ġwann, Triq il-Merkanti, Triq Nofsinhar u reġgħu daru għal Misraħ il-Ħelsien minn fejn bdew. Uħud minhom ġarrew tabelli li kienu jgħidu ‘Jien għal separazzjoni mill-Knisja u l-mibgħeda’, ‘Kull ma trid biex tagħmel familja hija l-imħabba’ u ‘Oħorġu minn fejn qiegħdin’.

Fil-parata ħadu sehem il-Moviment Graffitti, Forum Żgħażagħ Laburisti, il-GWU Youths u oħrajn. Magħhom imxew id-deputati laburisti Evarist Bartolo u Owen Bonnici, id-deputat nazzjonalista David Agius u l-Ewroparlamentari Simon Busuttil. Magħhom ingħaqdu wkoll grupp ta’ gays minn Londra.

Kif il-mixja ntemmet f’Misraħ il-Ħelsien saru diskorsi. Evarist Bartolo qal li tajjeb li kull sena ssir din l-attività għax b’hekk tkompli tqajjem kuxjenza favur l-ugwaljanza. Huwa qal li fis-snin li għaddew sar titjib imma għad fadal ħafna xi jsir. Huwa saħaq li d-drittijiet tal-omosesswali huma drittijiet umani u għalhekk l-ugwaljanza hija dritt ta’ kulħadd.

Tkellem ukoll id-deputat laburista Gino Cauchi. Huwa qal li l-Partit Laburista jemmen li kull ċittadin għandu d-drittijiet tiegħu u l-istat għandu jara li dan id-dritt ikun imħares mingħajr ma l-istat jindaħal fil-ħajja privata tal-individwu. Gino Cauchi qal li mill-Oppożizzjoni l-PL jista’ u qed jappoġġa lill-omosesswali u lil dawk kollha li huma fil-minoranza, imma meta jkun fil-Gvern, il-PL se jwettaq dak li jemmen fih.

Tkellmet ukoll Gaby Calleja, il-kordinatriċi tal-MGRM li wriet l-apprezzament għal dawk li attendew u wrew l-appoġġ.

---

Filwaqt li quddiem grupp ta’ omosesswali l-Ewroparlamentari Nazzjonalista, Simon Busuttil, iddikjara li se jaħdem favur id-drittijiet tal-bniedem, fosthom l-omosesswali, mhux l-istess għamel fil-Parlament Ewropew meta ġie biex jagħti l-vot tiegħu. Simon Busuttil qal li bħala rappreżentant tal-poplu Malti u Għawdxi kollu, hu se jaħdem biex is-soċjetà kollha tintegra ruħha aktar u kulħadd ikun meqjus b’mod ugwali.?? Huwa qal li bħala koordinatur tal-Partit Popolari Ewropew fil-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili tal-Parlament Ewropew, jista’ jaħdem aktar favur id-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt kontra d-diskriminazzjoni?


Hekk kif temm id-diskors tiegħu kienu diversi persuni gay li qalu lit-Torċa li kien ikun ferm aħjar għal Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonalista li ma ġie xejn jew ma fetaħx ħalqu, għax kompla jurta lill-kommunità gay f’Malta. Huma qalulna li huwa fatt magħruf li meta kien hemm vot x’jittieħed favur l-omosesswali, Simon Busuttil ma weriex l-istess sentimenti kif tkellem quddiemhom ilbieraħ.

No comments:

Post a Comment