Folla ta' madwar 150 persuna attendiet ghall-Gay Pride March li sar il-bierah filghodu fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta.
L-attivitajiet li kienet organizzata mill-Malta Gay Rights Movement (MGRM) saret bhala parti mid-Diversity Week 2009 u li biha gew fi tmiemhom bost attivitajiet li ttellghu matul il-gimgha.
Din is-sena l-mixja kellha sinifikat specjali ghax fakkret l-40 anniversarju mill-irvellijiet ta’ Stonewall li saru wara attakk omofobiku li kien twettaq mill-pulizija fi New York.
Ghall-Gay Pride tal-bierah attendew rapprezentanti mill-partiti politici, trade unions u anke NGOs.
Waqt il-mixja spikkaw kartelluni b'messaggi kontra l-omofobija u favur id-distakk bejn l-istat u l-knisja u bziezaq bil-kuluri tal-qawsalla, li tissimbolizza l-komunità gay.
Il-kordinattrici tal-MGRM, Gabi Calleja, qa let li l-moviment se jibqa' jiggieled sakemm issir gustizzja mal-persuni omosesswali.
Id-deputat Laburista Evarist Bartolo qal li l-persuni gay ghandhom id-dritt li jinghataw id-drittijiet li jisthoqqilhom ghax huma umani.
Prezenti ghal dan il-Pride March kien hemm ukoll id-deputati Laburisti Gino Cauchi u Owen Bonnici, u bosta membri tal-Forum Zghazagh Laburisti u anke tal-General Workers Union Youths.
No comments:
Post a Comment