http://www.kullhadd.com/?task=2§id=1&articleid=12314
15.12.8 minn Owen Galea u Aleander Balzan
Maggoranza assoluta ta’ persuni intervistati minn KullHadd li ghandhom proprjetajiet taghhom ghall-kiri, ma sabu l-ebda oggezzjoni li l-appartament u/jew dar li ghandhom ghall-kiri jikruha lill-koppja gay (omosesswali).
Dan johrog minn investigazzjoni li ghamel dan il-gurnal matul il-gimgha fejn ghamilniha ta’ persuni omosesswali li kienu qeghdin ifittxu li jikru appartament biex jghixu fih ghall-perjodu indefinit.
Fl-investigazzjoni tieghu, dan il-gurnal irnexxielu jaqbad ma’ 15-il sid u/jew agent ta’ propjetà li ghamlu avviz klassifikat taghhom f’xi wiehed mill-gurnali lokali. Fit-twegibiet taghhom kienu biss tnejn li bdew ihabblu rashom x’se jwiegbuna u eventwalment hux se jikrulna l-appartament taghhom jew le.
“Le, ta’ mhu problema ta’ xejn. Ejjew meta tridu biex taraw l-appartament,” wiegbet mara li ghandha appartament ghall-kiri f’Birzebbuga. Hekk kif mistoqsija jekk hux problema ghaliha li tikrilna ghax il-partner gay. “Jigifieri, issibu problema? – Le, ta’ mhu problema lanqas xejn…kollox ok – m’ghandux ikun ta’ problema – Jekk trid aghtini l-email tieghek biex nibghatlek ir-ritratti ta’ l-appartament,” qalet il-mara bla problemi ta’ xejn.
Ragel iehor li ghandu appartament il-Belt Valletta u li tlabnih jikrilna l-appartament wiegeb: “mhux affari tieghi…jien l-aqwa li int u tieghek thallsu l-kera u mhi problema ta’ xejn – ismaghni jekk intix gay jew mintiex gay ma jimpurtanix…jien mhux affari tieghi,” qal ir-ragel li wkoll ma wera l-ebda diskriminazzjoni minhabba l-orjentazzjoni sesswali.
Telefonata ohra li ghamilna wkoll uriet li s-sid ma kellu l-ebda pregudizzji fil-konfront tal-persuni gay. “Rajt avviz tieghek fil-gazzetta u interessat li nikri – imma qabel xejn biex naghmel l-affarijiet cari minn qabel, jien gay u ghandi l-gharus tieghi: “Ma jimpurtax hija…int ghalxiex imma? biex nghixu jien u hu go fih – tal-Mosta hux? Jigifieri mhux problema ghalik hux? “ghax gay?” lanqas xejn, lanqas xejn. Aghtini n-numru tieghek habib u ncempillek lura toqghodx thabbel rasek u nigi u nittawwallu mieghek,” wegibna s-sid.
Fil-fatt ghalkemm fil-bicca l-kbira taghhom, is-sidien laqghu bla problemi ta’ xejn it-talba taghna li jikrulna l-appartament, mill-banda l-ohra kienu biss tnejn is-sidien li sabuha bi tqila li jikrulna l-appartament. “Rajt il-flat li ghandek fl-Imsida ghall-kiri u nixtrieq nikrih ma’ l-gharus tieghi…“Ma’ l-gharus tieghek? Iva, ma’ l-boyfriend tieghi, ghax ahna kopja gay u nixtiequ nibdew nghixu flimkien. Problema ghalik? Le, mhux daqshekk. Imma taf int habba n-nies u hekk li ghandi hemm ma nafx kif johduha,” temm jghidilna s-sid filwaqt li talabna nergghu ncemplulu wara li jiddiskuti mal-mara tieghu. Sid iehor naqas ukoll milli jaghtina twegiba cara ghax qal li ried jahsibha ghax qal li kien imhasseb minn dak li setghu jghidu l-girien hekk kif isiru jafu li kera l-appartament lill-koppja gay. “Irrid nahsibha ftit. Nghidlek is-sew ma rridx inhabbat wicci ma’ problemi. Tifhimnix hazin imma nahseb ahjar ikollna nies normali f’dik id-dar hux. Aghtini n-numru tieghek u kif nahsibha ncempillek lura,” temm jghidilna r-ragel.
Persuna ohra li rnexxielna naqbdu u li qed tikri appartament fil-Qawra wiegbet: “Sakemm tiehdu hsieb il-post, m’ghandux ikun hemm problema u kulhadd affari tieghu. Hudu hsieb il-post l-aqwa – jekk trid tigi tarah mieghu, nghidlek fejn niltaqghu u ejja arah u jekk trid inkun nista’ nurik anki appartamenti ohrajn.”
Mara ohra li wiegbet telefonata li ghamilna din il-gimgha qalet li ma kinitx is-sid tal-flat, “imma ma nsib l-ebda problema. Mhux se tghamilli differenza. Jien l-agent, Izda l-owner m’ghandux isib problemi lanqas,” qalet il-mara. Ohra minn Ghawdex li ghandha appartamenti fl-Imsida qaltilna: “ma jimpurtax ma jimpurtax ghalina t-tnejn ok… issa, niccekjalek jekk hemmx available u kellimni lura ghada.”
Jistghu jiddiskriminaw u ma jikrux
Intant hekk kif din il-gimgha l-Unjoni Ewropea nidiet kampanja fost il-pajjizI kollha taghha kontra d-diskriminazzjoni, inkluza dik dwar orjentazzjoni sesswali, Gabi Calleja, kordinattrici tal-Malta Gay Rights Movement qalet il-Hamis li ghadda matul il-programm “Str82dpoint” li minn ricerka li saret biex jaraw jekk minn sitt snin ilu ‘l hawn l-affarijiet inbidlux, “fil-verità siba li 40 fil-mija fis-sentejn li ghaddew, esperjenzaw fastidju u vjolenza fizika. Minn dawn tmienja fil-mija esperjenzaw vjolenza fizika fl-ahhar sentejn. Dawn il-fastidji sehhew fuq il-post tax-xoghol, f’istituzzjonijiet edukattivi u f’postijiet tad-divertiment,” qalet Calleja. Hawnhekk sostniet li mhux veru li ahna l-Maltin poplu tolleranti u hemm bzonn ta’ aktar edukazzjoni.
Hija sostniet ukoll li l-omofobija fis-socjetà mhix responsabbilità tal-persuni gay – “ir-responsabbilita hija tas-socjetà u ma tistax titfa’ l-piz kollu fuq l-individwi gay biex jiggieldu l-omofobija u ghalhekk il-ligijiet huma importanti hafna,” sahqet Calleja.
Fl-istess waqt Bernard Muscat mill-MGRM qal tul l-istess programm li koppji gay f’Malta ghadhom ma jistghux jirregolarizzaw il-pozizzjoni taghhom quddiem l-istat. Hawnhekk semma kaz fejn kopja gay ippruvat tikri flat izda qal li s-sid sabet mitt elf skuza biex ma tikrihulhomx. “Ahna nahsbu li hi diskriminazzjoni cara u li hemm bzonn li tigi tackled (miggielda) – ma tistax taghmel dawn l-affarijiet,” qal Muscat.
Dwar dan Gaby Calleja qalet li fil-verita din ix-xorta ta’ diskriminazzjoni tista’ ssir. “Ma tezisti l-ebda ligi li tipprotegi kontra diskrminazzjoni fil-provizjoni ta’ servizzi inkluzi ta’ housing – kaz bhal dan mhux illegali.
Min-naha tiehu Dr Joseph Chetcuti li kien prezenti wkoll fil-programm qal li l-kostituzzjoni taghna tispecifika li ma jistax ikun hemm diskriminazzjoni u f’kaz li kopja gay tressaq kawza kostituzzjonali kontra s-sidien li rrifjutaw li jikrulhom l-appartament, ta’ l-ewwel ghandhom bazi tajba biex jirbhu l-kawza.
Min-naha taghha Gaby Calleja wiegbet li dan mhux il-kaz ghax sostniet li l-kostituzzjoni tipprotegi fuq bazi ta’ generu u mhux fuq bazi ta’ orjentazzjoni sesswali.
No comments:
Post a Comment