Dan l-artiklu mhux fuq il-website tat-Torċa s'issa
28.12.8 minn Gerald Fenech
F'din l-ahhar parti ta' dan il-feature se nittrattaw is-sess u religjon u x tghallem il-Knisja dwar is-sess specjalment mill-lat t'edukazzjoni sesswali. Gerald Fenech janalizza u jirraporta
Mhux facli li tikteb feature bhal dn minghajr ma taqbdek certu rabja ghall fatt kif il-poplu Malti ghadu ferm injurant dwar attitudnijiet u perspettivi dwar is-sess. Minhabba l-fatt li ahna gzira u ghal mijiet ta snin konna (u sa certu punt) ghadna iddominata mir-Religjon Kattolika li hijja ferm awtokratika fuq dan is-suggett u ghadu meqjus bahal tabu' anke fil-fatt kif certa nies ibaxxu lehinhom meta jitkellmu dwar is-sess, xi haga li ghada taffaxxinani sal-lum.
Il-Moviment ta' Kana
Dan il-Moviment nistghu nghidu li ghanda dominju totali fuq il-hsieb sesswali fil-Knisja Kattolika ta' pajjizna. Hawnhekk qisu kull haga li ghanda x taqsam ma' dan is-suggett huwa ttrattat u anke l-kors li jinghata minn dan il-moviment huwa essenzjali jekk wiehed irid jizzewweg bil-Knisja. Huwa nteressanti hawnhekk inharsu lejn silta partikolari mid-diskors li kien gie pprezentat f'konferenza nazzjonali dwar is-sess li saret fl-2001 mill movement u li giet ippreparata minn Rev Paul Galea.
"Meta nqisu s-sess semplicement bhala istint, qed nidhaddtu fuq xi haga li kienet determinata u mfassla bhala destin u li ghaldaqstant, ma tista' taghmel xejn biex tbiddilha, ghajr li tikkontrollha, tissoprimiha jew li ticcahhad minnha. Biex taghmel dan Izda, trid iddahhal forzi akbar, sew jekk morali, u sew jekk socjali, biex ipattu ghal din il-forza. Fil-fatt Izda, s-sess mhux bhall-istinti l-ohra li huma mehtiega biex tghix, bhall-guh jew l-ghatx, jew il-htiega ta' l-irqad u tal-mistrieh. Tant hu hekk li jekk ma tissodisfahx la timrad u l-anqas tmut. Is-sess huwa aktar mehtieg ghall-preservazzjoni ta' l-ispeci milli ghal dik ta' l-individwu. Barra min hekk, ix-xjenza illum kapaci tnissel trabi anki minghajr sess".
Ghalkemm hemm hafna sens f'dak li qed jghid Dr Galea xorta wiehed jista jiddibatti l-punt li bniedem jista jew ma jistax jghix minghajr sess. Meta tkun qed tghix minghajr sess tkun qed taqta parti mill-funzjonijiet bazici tal-bniedem - kwazi kwazi tkun qed tirrinunzjaha ghal xi haga li hijja essenzjali ghal hajja tajba. Dr Galea ikompli jghid hekk dwar l-edukazzjoni sesswali; "Edukazzjoni Sesswali ibbazata fuq kontroll ta'l-istint trid tkun meghjuna sew minn motivazzjoni qawwija biex tista' tasal ghal dan. Ghal hafna zmien dawn kienu l-valuri religjuzi jew l-idejali socjali gholja. B'dan il-mod, il-persuna kienet tasal biex taccetta s-sesswalita' taghha u tikkontrollha. Izda ma tasalx biex tintegraha".
F'dawn l-ahhar granet ukoll qam furor kbir minhabba d-diskors tal-Papa Benedittu Sittax li qal li l-glieda kontra l-omossesswalita' hijja wahda sagra u kwazi mportanti daqs il-prezervazzjoni tal-foresti. Dan id-diskors jorbot m'attitudni ta' ripressjoni sesswali fejn persuni li huma gay ma jistawx (dejjem skond il-Knisja) jaghmlu attijiet sesswali ghaliex dak huwa meqjus kontra n-natura u allura ghandhom jikkontrollaw l-istinti sesswali taghhom. Attitudni li ovvjament fid-dinja aktar liberal ital-lum tqajjem aktar mistqosijiet minn twegibiet.
Dan il-gurnal tkellem ukoll ma xi koppji li ghamlu l-maghruf 'Kors ta' Kana' fis-sebghinijiet u fit-tmenijiet. L-affarijiet li qalulna kienu pjuttost inkredibbli u difficli tifhem ghalfejn l-Knisja ghada daqsekk lura fil-metodi tat-taghlim taghha. Ibda biex kien jitqassam ktieb ta' kulur blu li kien ikun mimli stampi grafici hafna izda li kellu ukoll certa deskrizzjonijiet pjuttost ludikri. Apparti min hekk it-taghlim kien jinkludi diversi metodi ftit bizarre bhat tehid tat-temperatura tal-mara sabiex tara lit kun aktar fertili, il-maghruf 'coitus interruptus' kif ukoll diversi posizzjonijiet ghal sess li huma meqjusin tajbin u ohrajn anqas tajbin. Dan il-mod kif tghallem dwar is-sess illum huwa ikkunsidrat antikwat u jista johloq aktar problem psikologici u sens ta' ripressjoni ghaliex is-sess mhux ghal skopijiet ta' riproduzzjoni juwa kwazi kwazi meqjus bhala hazin mill-Knisja.
Perspettivi sesswali - inflwenza mill-medja
Dan il-gurnal tkellem ma' l-awtur Javier Vella Sammut li ghadu kif hareg il-ktieb li qajjem sensazzjoni; 'Xandru Mizzeweg u Gay' dwar perspettivi sesswali fuq il-medja u li ovvjament huma inflwenzati mill-hsibijiet taghna li ilhom jintghagnu matul is-snin mit-taghlim tal-Knisja. Saqsejna dwar ir-rwol tac-censura li "Min jaf x'manuvrar isir kieku kellu xi hadd jibda jitrasmetti stazzjon pornografiku jew erotiku li jkun accessibli fi djar Maltin jew fejn il-protagonisti jkunu atturi Maltin? Dan jista' jibqa' jaghmlu biss ma' dawk li jillimitaw rwiehhom li jaccessjaw il-kanali televizivi minn xi server li ma jixtieqx jurta lill-awtoritajiet. L-accessjar satellitari u digitali hataf it-tapit minn taht din il-forma ta' ripressjoni ukoll. Illum it-teknologija gabet fix-xejn ir-rwol ta' min ihossu privileggat billi gie mqieghed fuq xi bord irrelevanti tac-censura. Il-pornografija u l-erotizmu saru biss buttuna boghod minna u huma accessibli facilment specjalment permezz tal-internet. Hawnhekk wiehed ma jistax ma jfahharx ir-rwol ta' cyberpolice li, minkejja r-restrizzjonijiet ezistenti, jippruvaw jidhlu huma biex jilqghu kontra l-isfruttar tat-tfal u ta' kategoriji vulnerabbli ohra. Kritika gusta li hafna drabi ssir lill-media hija li din tipprezenta r-realta b'mod idilliku u ma tipprezentax il-konsegwenzi tal-ghemil. B'hekk l-atturi li jigu pprezentati waqt xi xeni hot rari hafna biex jispiccaw jinqabdu pregnant jew ilaqqtu xi infezzjoni trasmessa sesswalment. Dan ikun ovvju ghal adult matur izda ghal adulti immaturi dawn isibuha bi tqila biex jiddiferixxu bejn realta' u rectar. F'mumenti bhal dawn wiehed ihares lejn ir-rwol indispensabbli tal-edukatur, il-genitur u kulmin ghandu sehem mill-formazzjoni tal-karattru matul it-trobbija".
Interessanti dan l-istatement. Ghaliex nistghu nghidu li l-edukazzjoni dwar is-sess b'mod personali tista ukoll tibda minn kmieni izda minhabba r-ripressjoni li biha s-socjeta taghna hijja mimlijja. Izda le ghandna bzonn ic-censura - li hafna drabi tkun maghmula minn xi qassissin jew xi lajki b' veduti mill-aktar ossifikati dwar is-sess. Qisha l-Knisja trid kontroll assolut fuq dak li jahsbu l-imhuh dwar is-sess u affarijiet ohra morali.
Tkellimna ukoll ma Gorg Peresso, eks patri Frangiskan kif ukoll persuna li ghamlet u ghada taghmel censura u li fl-ahhar ktieb tieghu 'Meta l-harifa Tiskot' hemm indikazzjoni ta' xena sesswali.
" Filwaqt li fit-televixin, it-telespettaturi jaraw li tagħtihom il-kamera, fir-radjudrammi tista' toħloq xeni ta' sess, tqanqal il-fantasija u tħalli l-bqija għal min jisma'. Fir-radjdramm tiegħi L-Infern jista' jistenna kont ħloqt dik li skont it-teknici ta' Radju Malta kienet l-ewwel xena ta' intercourse. (U kemm kien daħaq Johnny Marshall, it-tekniku, Alla jaħfirlu, u kemm daħlu fiha, bħala atturi, Josephine Mahoney u Peter Borg!)
Jekk verament irridu nsibu xeni ta' sess irridu nfittxuhom fil-letteratura tagħna. Uħud huma espliċiti, oħrajn aktar delikati. U dan mhux fenomenu reċenti kif qed jaħsbu uħud. Issa sar aktar imfittex. Imma dan suġġett ieħor. Ngħid għalija, waħda mill-isbaħ xeni ta' sess li ktibt ħallejtha għar-rumanz Meta l-ħarifa Tiskot (li għandu minn skript xeniku). Ktibt hekk :
Dak in-nhar il-kafè ħaduh wara.
Immaġina li trid!"
Saqsejna ukoll lill Gorg dwar kif jara r-relazzjoni bejn sess u Knisja u sibna bosta konnotazzjonijiet ferm interessanti.
"Ma nafx kif u meta dijn il-kelma "sess" Hadet fl-imħuħ ta' bosta konnotazzjoni negattiva. U ħafna jippuntaw subgħajhom lejn il-Knisja li tefgħet dell ikrah fuq din il-kelma. L-ironija hi li kienet il-Knisja li indirettametn ħolqot dan it-terminu. It-trattat tal-morali li jitratta is-sitt kmandament huwa msejjah De Sextu. Min hemm il-kelma Sess. Il-Knisja għandha ħafna ewfemiżmi, pozittivi u negattivi u saħansitra kontradittorji, biex tfisser din l-imġiba maħluqa min Alla fil-bniedem biex, fost l-oħrajn, jitkattar u ma jabbuzax minnha. Bħal ngħidu aħna: konkupixxenza, kastita, verġnita, astinenza, purita, imħabba karnali. Il-fatt hu li il-morali tal-Knisja dwar is-sess twieldet f'soċjeta edonista u għalhekk riedet li tnaddaf il-fidili tagħha mill-ideat imsejħa pagani. Il-bon ton eklleżjastiku dwar is-sess spiċċa biex sar kważi dixxiplina ħarxa u esklussiv fuq kmandament ewlieni ta' Alla: tkattru.
Personalment imma jsaħhruni fil-letteratura mistika nisranija (il-mistiċiżmu hu l-bazi essenzjali tal-Knisja) l-alluzjonijeit u s-simbolizmu u t-termni karnali u senswali li wirtet mill-"Għanja tal-Għanjiet". Hekk insibu dan is-simbolizmu senswali f'kitbiet ta' Santa Katerina da Siena, Santa Brigida, Santa Tereza ta' Avila u fuq kollox ta' San Ġwann tas-Salib. Is-senswalita hija l-ħajra għall-għaqda karnali u daqstant iehor għal-għaqda tar-ruħ ma' Alla".
Kollox ma kollox din hijja l-attitudni li nsibu dwar is-sess f'pajjizna speċjalment fejn tidhol il-Knisja. Ninhbew wara l-purtiera jew that it-tapit. Inhallu s-suggett ghal darba ohra jew sahansitra inbiddluh ghax jembarazzana. Ghalijja r-relazzjoni bejn Knisja u Sess hijja maqbuda bl-aktar mod car fir-rumanz li ghadu kif hareg ta' Paul P. Borg bl-isem ta' 'Bejn Mara u Qassis'. Hawnhekk ghandek il-gibda sesswali lit f taghti mara li hijja bil-guh u li tispicca iggennen lill qassis li mizmum mill-fidi u r-rieda tieghu jispicca icedi ghat-tentazzjonijiet. Hawnhekk ghandek maghguna l-ipokrezija kollha tas-socjeta' Maltija ta' dari li kienet tghix that xibka ta' ripressjoni u ta' hsibijiet imdallma ma dak kollu li ghandu x'jaqsam dwar sess. Ghadna nghixu hekk illum? Forsi le izda l-ahhar kelma hawnhekk xtaqt intiha lill Javier Vella Sammut.
"Minn dakinhar li kien hareg il-ktieb bl-istess isem li l-gurnalista Gerald Fenech ghazel li jaghti lil dan l-istess artiklu "No Sex Please,We're Maltese" (Zghazagh Taht l-Art, Layout Publications 1994), ghaddew madwar 25 sena. Xi tibdil lokali sehh ukoll bhall-wasla tal-Playboy, (ghaliex mhux tal-Playgirl ukoll?) fuq l-ixkafef tal-hwienet taghna. Izda hdejn dak li jezisti f'dawk il-pajjizi li ahna nharsu lejhom bhala pajjizi demokratici u li tassew jirrispettaw l-ghazla hielsa tal-individwu, dan it-tibdil mhu xejn ghajr passi ta' nemla".
No comments:
Post a Comment