Sunday, 17 July 2011

L-Orizzont: Il-gays jistgħu jiksbu d-dritt tal-koabitazzjoni

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=74372
10.7.11



Id-Deputat Parlamentari Laburista Evarist Bartolo u dak Nazzjonalista Stephen Spiteri huma favur li fil-liġi tal-koabi tazzjoni mhux biss il-koppji ete rosesswali jingħataw id-dritt li jgħixu flimkien imma anke dawk gay.

Huma ddikjaraw dan waqt seminar li l-Malta Gays Right Movement (MGRM) organizza lbieraħ b'kollaborazzjoni mal-Ambaxxata Amerikana u li fih kienu mistiednin kelliema mit-tliet partiti.


Qabel ma l-poplu vvota fir-referendum dwar id-divorzju, il-Gvern kien qal li beħsiebu li sal-aħħar ta' din is-sena jippre żenta l-abbozz tal-liġi dwar il-koabitazzjoni u lbieraħ Evarist Bartolo qal li safejn jaf hu l-abbozz tal-liġi dwar il-koabitazzjoni jaħseb dwar min joqgħod fir-residenza u mhux dwar ir-relazzjoni.

Bartolo wera ruħu ottimist li sal-aħħar ta' din is-sena l-Parlament ikollu maġġoranza ta' deputati li jkunu favur li l-gays jingħataw id-dritt li jgħixu f'koabitazzjoni liema dritt sejjaħlu bħala "ir-rigal ċkejken lill-gays għall-Milied".

Anke t-Tabib Stephen Spiteri sostna li l-koppji gay għandhom jingħataw dan id-dritt anke jekk mit-tliet kelliema politiċi huwa kien l-iktar wieħed kawt meta l-kelliema ġew mistoqsijin minn uħud mill-gays preżenti għaliex il-partiti mhumiex favur id-dritt taż-żwieġ għall-koppji eterosesswali.

Min-naħa tiegħu, Bartolo qal li l-Partit Laburista huwa lest li jimxi fid-direzzjoni fejn jirrikonoxxi l-'partnership' bejn il-koppji gay mentri t-Tabib Spiteri qal li fis-soċjetà rridu nkunu miftuħin għall-ideat tan-nies imma wissa li rridu nkunu kawti meta niġu biex nimplimentaw.

David Friggieri mill-Alternattiva Demokratika qal li l-PN u l-PL ikunu kawti meta jiġu biex jitkellmu dwar drittijiet tal-minoritajiet u semma kif fir-rigward tad-divorzju l-PN ħareġ kontra mentri l-PL ma ħax pożizzjoni uffiċjali favuru.

L-Avukat Neil Falzon, il-konsulent legali tal-MGRM, ikkritika lit-tliet partiti talli għalkemm jafu x'iridu l-gays mhux qegħdin ikunu onesti biżżejjed magħhom u jgħidulhom għaliex ma jridux jirrikonoxxu ż-żwieġ bejn il-gays.

Karl Gouder, il-Membru Parlamentari Nazzjonalista li kien preżenti għas-seminar, intervjena fuq dan il-punt u qal li t-tliet partiti jirrappreżentaw lis-soċjetà u jekk mhumiex qegħdin joffru ż-żwieġ bejn il-gays dak ifisser li s-soċjetà tagħna mhix lesta għal dan il-pass.

No comments:

Post a Comment