Tuesday, 26 July 2011

L-Orizzont: Flats tal-Gvern

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=74810
Ittri lill-Editur 25.7.11 minn SKRUPLUŻA, Ħamrun

Sur Editur,

Issa sew, il-koppji gay u lesbjani kif ukoll dawk transesswali u bi-sesswali kollha qalu li jridu li jkollhom id-dritt li jikkoabitaw.

U issa jridu li jiġu inklużi fil-liġi li għad trid tgħaddi mill-Parlament dwar il-koabi tazzjoni. Tajjeb ukoll il-progress.

Jiena nappella lill-Awtorità tad-Djar biex fil-policies tal-housing soċjali ma tinkludix ukoll koppji gay għax dawn ikunu skandlu kbir għall-familji eterosesswali tradizzjonali Maltin li żżewġu bil-Knisja u kellhom it-tfal.

Biżżejjed diġà daħlu koppji eterosesswali poġġuti li joqogħdu jwaqqgħu ż-żwieġ tradizzjonali għar-redikolu.

No comments:

Post a Comment