Sunday, 17 July 2011

KullĦadd: Il-parata annwali tal-Gay Pride

http://www.kullhadd.com/201107093072/Ahbarijiet/il-parata-annwali-tal-gay-pride.html
SATURDAY, 09 JULY 2011 19:17

gaypride

Ilbierah filghodu Triq ir-Repubblika u Triq il-Merkanti fil-Belt Valletta kienu qawsalla ta' kuluri hekk kif persuni omosesswali, ghaqdiet mhux govrnattivi, diversi personalitajiet u politici inghaqdu flimkien fil-parata tal-Gay Pride. Din il-parata qed tigi organizzata kull sena bl-iskop ewlieni li titqajjem kuxxjenza dwar l-omosesswalita` filwaqt li jigu promossi d-drittijiet tal-omosesswali f'pajjizna.

"Kelli xaghari ahmar izda issa fiqt", kienet wahda mid-diversi battuti li deheru fil-parata tal-bierah. Din il-battuta kienet bla dubju referenza ghall-kaz ricenti fejn prezentatur ta' programm spiritwali ddikjara li kien se jxandar it-testimonjanza ta' persuni omosesswali li kienu gew 'imfejaqa'. Din id-dikjarazzjoni kienet qajmet kontroversja fost il-komunita` omosesswali, fejn sahansitra kienet giet organizzata protesta kontra din it-tip ta' mentalita`.

Il-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat, flimkien ma' deputati Laburisti ohra, attenda ghal din il-parata. Attendew ukoll membri tal-Forum Zghazagh Laburisti (FZL), li esprimew is-solidarjeta` taghhom mal-komunita` omosesswali f'pajjizna. Membri tal-FZL qalu li kien wasal iz-zmien li l-Istat Malti jirrikonoxxi r-relazzjonijiet bejn koppji omosesswali, fosthom permezz ta' civil partnerships.

No comments:

Post a Comment