Sunday, 23 May 2010

L-Orizzont: Ittri lill-Editur [Jum Dinji kontra l-Omofobja]

[Dawn l-ittri mhumiex online s`issa]
19 ta' Mejju, 2010

Urgenza ghal tmexxija ahjar
CHARLOT GRIMA, Marsa

Sur Editur,

Dan l-aħħar iċċelebrajna il-Jum Internazzjonali kontra l-Omofobija. F’Pajjiżna jekk wieħed iħares lejn il-mod ta’ tmexxija ta’ l-istat u l-mod ta’ kif qed jinħolqu l-istrutturi dawn qed jifirdu aktar lil poplu permezz ta’ komunitajiet diversi li qed jinħolqu. Ma tridx tkun xi għaref jew xi professur sabiex tinduna li d-drittijiet ta’ kull komunita f’pajjiżna jeżistu diga fuq livell individwali.
Ta min jiġbed l-attenzjoni li dawn il-komunitajiet qed joħolqu aktar diskriminazzjoni bejniethom. Jekk wieħed jidħol daqsxejn fid-drittijiet ta’ kull persuna jinduna li f’pajjiżna id-dritt jeżisti għal-kullħadd l-istess. Meta pajjiż jipreferixxi komunita fuq oħra dan iwassal sabiex kommunitajiet oħra li jkunu f’minoranza f’pajjiżna jibdew iwasslu l-messaġġi tagħhom sabiex dawn jiġu rikonoxxuti.

Id-dritt ta kull persuna jeżisti mma’ bil-liġi mhux rikonoxxut u allura ma jidhirx daqshekk ċar. Dan jkun ċar biss meta l-istat ikun ugwali għal-kulħadd minflok noħolqu stat fejn iħares lejn soċjetà maqsuma fejn l-istat jipreferi minorita fuq oħra u hekk jkompli jkisser lis-soċjetà u jġib aktar diskriminazzjoni fosthom l-omofobija. Jekk il-mod ta’ tmexxija se tibqa` kif inhi ser naslu għal-soċjetà li hi aktar diskriminatorja.

-------------------------------------
Gino Tanti, Kalkara

Sur Editur,

Is-17 ta’ Mejju hija ġurnata internazzjonali kontra l-omofobija, għaldaqstant hu importanti li kulħadd jagħmel sforz kbir biex ngħelbu din l-omofobija, inkluż il-politiċi.
Hemm bżonn li mil-lum tkun il-ġurnata ideali biex:
1) L-iskejjel jorganizzaw attivitajiet fil-klassijiet biex jitwaqqfu diskriminazzjoni kontra lesbjani, omosesswali, bisesswali u studenti li diġà huma identifikati bħala “trans”.
2) Il-ġenituri jedukaw lil uliedhom li kliem bħal “mararaġel” mhux se jiġu iktar ttollerati d-dar għax hu kliem ta’ disrispett lejn l-omosesswali u l-familjari tagħhom.
3) Min iħaddem jorganizza programm mat-trejd unjins biex tinħoloq kuxjenza fil-postijiet tax-xogħol kontra din l-istess omofobija.
4) Il-midja tippubblika rapport fuq is-suġġett (kif diġà qed isir), dokumentarji, u stazzjonijiet tar-radju jistiednu nies li jitkellmu fuq is-suġġett kif ukoll jindaqqu diski favur it-tolleranza.
5) Persuni omosesswali li jridu “joħorġu jagħmlu dan mingħajr biża’.”
6) Leġislaturi, il-Gvern u l-Oppożizzjoni japprovaw mozzjoni ta’ appoġġ favur il-ġurnata kontra l-omofobija u li jikkommettu ruħhom li jiġġieldu l-omofobija li għalkemm f’pajjiżna jidher li mhix daqshekk qawwija, b’hekk inkunu qegħdin nassiguraw li żgur ħadd ma jaqa lura bi tbatija bla bżonn.

No comments:

Post a Comment