Sunday, 20 October 2013

iNews Malta: L-unjoni ċivili tagħti ħafna mid-drittijiet taż-żwieġ

http://www.inewsmalta.com/dart/20131014-unjoni-ivili-tag-ti-afna-mid-drittijiet-ta-wie
07:04 | 14.10.2013



Il-liġi dwar l-unjoni ċivili li se titnieda dalgħodu tagħti lill-koppji gay ħafna mid-drittijiet li għandhom koppji miżżewġa. Imkejjen qalu ma’ inewsmalta.com li kważi kważi wieħed jista’ jgħid li din tagħti d-drittijiet kollha li jirriżultaw minn żwieġ ċivili.

Fost oħrajn huwa mistenni li l-koppji jgawdu mill-istess rati ta’ taxxa li jgawdu koppji miżżewġa u jkunu jistgħu anke jingħaqdu fl-unjoni ċivili permezz ta’ ċerimonja ċivili quddiem uffiċjali tar-reġistru pubbliku jew sindku.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ilbieraħ qal li għalkemm dan mhux żwieġ il-liġi tagħti l-massimu tad-drittijiet possibbli.

Saħaq li hu nsista dwar dan fid-diskussjonijiet li kien hemm fil-Kabinett u l-grupp parlamentari Laburista.

Joseph Muscat wissa wkoll kontra l-biża’. “Se ssibu minn ibeżża’. Se ssibu minn jipprova jaqtgħalkom qalbkom. B’idejja fuq il-kuxjenza ngħid li din il-liġi tixhed il-valuri soċjali li dejjem kellu dan il-moviment u l-Partit Laburista,” qal Muscat.

No comments:

Post a Comment