29.10.2013 [http://josephmizzi.blogspot.com/]
Hbieb,
Il-ligi tal-Unjoni Civili hi riflessjoni tal-qaghda spiritwali ta’ pajjizna. Filwaqt li l-Istat ghandu d-dmir li jhares id-drittijiet tac-cittadini kollha, ninkwieta li:
1. Iz-zwieg se jkun mnezza’ mit-tifsira unika tieghu.
2. It-tfal adottati minn koppja gay se jkunu mcahhda mill-imhabba ta’ omm jew ta’ missier.
Bhala pajjiz qed nitilfu l-valuri Nsara, u dan mhux b’kumbinazzjoni. Il-valuri Nsara jserrhu fuq il-Blata, l-Hallieq u s-Sid taghna, Gesu Kristu. Imma hafna Maltin warrbu ‘l Alla minn hajjithom. Minghajr pedament il-valuri jikkrollaw, kif qed naraw.
Ejja nitolbu ‘l Alla mill-qalb ghal Malta; ejja wkoll sakemm nistghu nkunu melh u dawl ghas-socjeta’ Maltija. Ktibt tlett artikli qosra fuq dan is-suggett bit-tama li jkunu ta’ fejda ghal dawk kollha li jaqrawhom.
Ara wkoll:
1. L-Insara u Persuni Gay
2. Zwieg bejn Koppji Gay
3. Adozzjoni tat-Tfal
Il-paci maghkom,
Joe.
No comments:
Post a Comment