http://www.orizzont.com.mt/oldarticles/article100719.html
19.1.13 (?) minn Evarist Bartolo
Is-sibt li għadda l-mexxej Joseph Muscat ħabbar li Gvern ġdid:
- se jagħti d-dritt li koppji tal-istess sess jistgħu jingħaqdu f’unjoni çivili rikonoxxuta mill-istat;
- se jdaħħal liġi tal-ġeneru li tagħti d-dritt lill-persuni ‘transgender’ li jkollhom l- identità li jħossu li għandhom;
- se jaħtar kunsill konsultattiv biex jiygura li kull liġi li tittressaq ma tiddiskriminax kontra persuni lesbjani, omosesswali (gay), bisesswali jew ‘transgender’ (LGBT);
- se niffirmaw Protokoll 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani biex ma jkunx hemm diskriminazzjoni kontra persuni fuq baÿi tal-orjentazzjoni sesswali tagħhom.
Muscat ħabbar dan fl-40 anniversarju mindu Gvern Laburista fl-1973 neħħa l- omosesswalità minn delitt kriminali. Qal Muscat: “Dak kien pass importanti ħafna izda issa għadda wisq zmien biex nagħmlu l-pass li jmiss u nagħtu lil dawn il-persuni d-drittijiet li għandu jkollhom daqs kull persuna oħra għax Malta hi tagħhom ukoll.”
Muscat għamel punt importanti ħafna. Li nagħtu dawn id-drittijiet lill-persuni LGBT mhix kwistjoni ta’ tolleranza. Nagħmlu hekk għax nemmnu fid-drittijiet umani li għandu jkollna lkoll. Il-persuni LGBT huma mcaħħdin minn ħafna drittijiet li għandhom persuni oħrajn u dmirna hu li jiġu stmati daqs persuni oħrajn. Diversi persuni LGBT tkell- mu dwar l-esperjenza tagħhom f’pajjiÿna. Kellna lil min kellu esperjenza pozittiva, għax il- ġenituri accettawh u ħbiebu jaqbzu għalih meta jiġi diskriminat u mgħajjar. Izda kellna persuni oħrajn li rrak- kontaw id-diffikultajiet u l- uġigħ li jħossu meta jiġu mgħajjrin, imcaħħdin mix-xogħol, isofru ‘bullying’ fl-is- kola jew fuq ix-xogħol. Irrak- kontaw kif kellhom ħbieb li qatlu ruħhom b’idejhom għax ma ġewx accettati mill-familja u mis-socjetà.
Tkellmu fuq il-bzonn li mhux biÿÿejjed li nbiddlu l- liġijiet, iridu jkomplu jinbidlu l-mentalitajiet u l-imġiba u nsiru socjetà li tassew naccettaw id-diversità, anzi niccelebrawha.
Fil-jiem tal-Milied qrajt ittra qawwija tal-Isqof Desmond Tutu jgħid li l-persuni LGBT huma wlied Alla wkoll u Alla ma jiddiskriminax kontra tagħhom, huma l-bnedmin li jagħmlu dan. Jekk nistmaw persuni oħrajn bħala bnedmin inqas minna, aħna stess inkunu inqas umani.
Tutu qal li dawn il-persuni għandhom ikollhom l-istess drittijiet li għandhom il-persuni l-oħrajn. “Li ncaħħdu lilhom inkunu qegħdin icaħħduh ukoll lilna, jekk inti m’intix ħieles, jien m’inix ħieles.”
[Din hi parti mill-artiklu. Il-parti l-oħra titkellem fuq servizzi finanzjarji. Ikklikja fuq il-link biex tara l-artiklu kollu.]
No comments:
Post a Comment