Sezzjoni Mir-rapport tal-Parlament f'l-Orizzont - 23 | 5 | 2012
Wara beda jiġi diskuss l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali. Għamel l-intervent tiegħu l-Ministru Chris Said u qal li qed isiru pass importanti b'dawn l-emendi u dan hu pass wieħed fost passi oħra li għad iridu jsiru. "Sfortunatament f'soċjetà bħal tagħna, magħrufa għall-ospitalità, għandna min għandu mibegħda lejn min hu differenti. Ikollna okkażjonijiet rari imma jeżistu fejn din il-mibegħda timmanifesta ruħha bi vjolenza fiżika u fuq proprjetà. Dawn huma każijiet eċċezzjonali imma jeżistu. Kellna allegati każijiet li kienu jinvolvu vjolenza lejn persuni b'orjentazzjoni sesswali differenti. Id-dmir tagħna hu li dawn niġġilduhom u lil għal dawn il-persuni li jwettqu dawn l-atti jkun hemm deterrent. Hu għalhekk li qed inżidu l-pieni bi grad jew tnejn. Il-vjolenza hi ħażina dejjem, kemm jekk kontra persuna bajda, jekk b'karnaġġjon iswed, għal reliġjon differenti jew politika differenti", qal il-Ministru Chris Said.
"Dak li qed nagħmlu b'dawn l-emendi hu li nassiguraw li nkomplu nkattru r-rispett reċiproku", qal il-Ministru Chris Said
No comments:
Post a Comment