Thursday, 24 May 2012

KullĦadd: Malta l-aghar fl-Unjoni Ewropea

http://www.kullhadd.com/201205194060/Ahbarijiet/malta-l-aghar-fl-unjoni-ewropea.html
19 MAY 2012 16:54 RITIANNE AGIUS

Minn studju li gie ppublikat din il-gimgha jirrizulta li Malta hija l-aghar pajjiz fl-Unjoni Ewropea f'dak li jirrigwarda d-drittijiet tal-persuni LGBTI. Dan ir-rapport gie pprezentat mill-organizzazzjoni ILGA fil-Jum Internazzjoni Kontra l-Homofobija u t-Transfobija quddiem il-Kummisarju Ewropew ghall-Intern Cecilia Malmstrom, ufficjali tal-Gnus Maghquda u organizzazzjonijiet ohra minn madwar l-Ewropa.

Filwaqt li taghti harsa lejn ir-rizultati ta' dan l-istudju, RITIANNE AGIUS titkellem ukoll ma' JURIS LAVRIKOV u SILVAN AGIUS; zewg ufficcjali tal-ILGA li kienu nvoluti fit-thejjija ta' dan ir-rapport.

L-ILGA hija organizzazzjoni non-governattiva bbazata fi Brussell u tinkorpora 359 organizzazzjonijiet ohra minn madwar l-Ewropa kollha. L-ILGA tahdem principalment favur l-ugwaljanza ghall-persuni omosesswali, bisesswali, transesswali u intersesswali. Dan l-istudju huwa bbazat fuq il-ligijiet tal-pajjizi Ewropej u l-mod li bih dawn jaghtu drittijiet lill-persuni LGBTI jew inkella jiddiskriminaw kontrihom.

Fir-rigward ta' dawn id-drittijiet, Malta jidher li hija l-aghar pajjiz fl-Unjoni Ewropea ghall-persuni omosesswali. Minn total ta' 37 pajjiz, Malta tikklasifika fl-ahhar post b'0 punti, u hija segwita biss b'9 pajjizi li m'humiex membri fl-Unjoni Ewropea, fosthom ir-Russja u t-Turkija.

Anki l-Georgia, pajjiz fl-Ewropa tal-Lvant li ghandu storja ta' ksur ta' drittijiet umani u persekuzzjoni tal-minoranzi, irnexxielu jiklassifika qabel Malta f'dawk li huma drittijiet ghall-omosesswali.

B'21 punt l-Ingilterra hija l-iktar pajjiz li ghandu ugwaljanza bejn persuni LGBTI u persuni eterosesswali, ghalkemm xorta ghad baqa xi jsir biex dan igib il-massimu tal-punti (30) fl-ugwaljanza skont it-tabella tal-ILGA.

Imbaghad l-Ingilterra hija segwita mill-Germanja u Spanja b'20 punt, u bl-Izvezja bi 18-il punt. Minkejja li bhal Malta, Spanja huwa pajjiz b'influwenza Kattolika qawwija, xorta wahda rnexxielu jaghmel avvanzi kbar meta mqabbel ma' Malta.

Dan iwassal biex wiehed jistaqsi x'inhi r-raguni li ghaliha Malta waqghet daqshekk lura, fejn f'25 sena taht Gvern Nazzjonalista ftit li xejn saru avvanzi fid-drittijiet civili, fosthom dawk tal-persuni omosesswali.

Fir-rapport dwar Malta jissemmew diversi nuqqasijiet legizlattivi, fosthom il-kaz ta' Joanne Cassar li wara li biddlet is-sess taghha xorta ma thallietx tizzewweg, kif ukoll il-Gender Identity Act miktub mill-MGRM u pprezentat fil-Parlament minn Evarist Bartolo, li baqa' ma giex diskuss.

"Il-Kummissarju Malmstrom ammettiet maghna li l-Ewropa ghandha taghmel izjed minn hekk" – Juris Lavrikov, Kap tal-Komunikazzjoni tal-ILGA fl-Ewropa


F'kummenti li Yuris Lavrikov ta lil din il-gazzetta, huwa qal li l-politika f'hafna pajjizi madwar l-Ewropa qed issir populista, liema politika mhux necessarjament tkun tappoggja d-drittijiet ghall-persuni LGBTI. Huwa sahaq li numru ta' pajjizi, fosthom ir-Russja, mhux talli m'humiex mexijn 'il quddiem, izda sahansitra sejrin lura.

L-Ungerija wkoll ghadha kif ipproponiet ligi simili ghal dik tar-Russja li ticcensura propaganda omosesswali.

Ghalkemm huwa jishaq li probabbli din il-ligi mhux se tghaddi, xorta wahda huwa nkwetanti li kellha tigi proposta minn partit politiku ewlieni.

Min-naha l-ohra, Lavrikov semma pajjizi bhal Polonja li qeghdin jaghmlu passi pozittivi 'l quddiem, fejn fost l-ohrajn f'dan il-pajjiz ghadhom kif gew eletti ghall-ewwel darba politici li juru l-omosesswalità taghhom fil-miftuh.

Huwa esprima t-tama li pajjizi ohra Ewropej jimxu fuq l-ezempju tal-Polonja, li ghal zmien twil kienet tiddiskrimina kontra persuni LGBTI.

Lavrikov semma wkoll l-ezempju tal-Amerika, fejn il-President Obama hareg jghid li jappoggja z–zwieg bejn persuni tal-istess sess. "Din il-haga mhux qed narawha mkien fl-Ewropa, ghaliex hemm nuqqas ta' rieda u pozizzjoni politika. Dan kollu hareg bic-car din il-gimgha waqt il-prezentazzjoni tar-rapport", sahaq Lavrikov.

Mistoqsi jekk l-UE ghandiex taghmel pressjoni fuq il-pajjizi membri biex talinqas jilhqu livell minimu ta' ugwaljanza, Lavrikov irrisponda li l-UE ghandha d-dmir li tizgura li fil-pajjizi membri d-drittijiet tal-omosesswali qed jigu mharsa.

Lavrikov zied jghid kif waqt il-prezentazzjoni tar-rapport il-Kummissarju Ewropew ghall-Intern stqarret li d-drittijiet tal-LGBTI kienu nghataw il-genb minhabba s-sitwazzjoni ekonomika, filwaqt li ammettiet li l-UE jmissha taghmel izjed f'dan ir-rigward.

"Hemm bzonn li d-dikjarazzjonijiet tal-Gvern ma jkunux biss kliem fieragh" – Silvan Agius, Direttur tal-Politika ILGA fl-Ewropa

Bi twegiba ghall-mistoqsija ta' din il-gazzetta rigward ir-ragunijiet li ghalihom Malta kklassifikat fl-ahhar post mill-pajjizi tal-UE, Silvan Agius spega li filwaqt li l-libertà tal-espressjoni, assocjazzjoni u dimostrazzjonijiet pubblici huma garantiti ghal kulhadd, il-ligijiet Maltin ma jipprovdux protezzjoni lill-persuni LGBTI.

L-unici riferimenti legali lejn l-orjentazzjoni sesswali jinsabu fl-Att dwar ir-Relazzjon-ijiet Industrijali u l-Att dwar l-Azil, u ma jezistux ligijiet li jipproteggu lill-persuni LGBTI f'oqsma ohra, bhall-access ghas-servizzi, l-edukazzjoni u s-sahha.

Il-persuni trans ma huma mharsa fl-ebda qasam tal-hajja, u l-NCPE ghad m'ghandiex mandat legali sabiex tiprocessa kazijiet ta' allegata diskriminazzjoni.

Il-familji ta' l-istess sess m'humiex rikonoxxuti legalment, u ma jezistux possibbilitajiet ta' adozzjoni jew inseminazzjoni assistita bhall-IVF.
 
Il-process tal-bidla tal-generu fuq il-karta tal-identità huwa difficli u twil, u jirrikjedi fost l-ohrajn operazzjonijiet kirurgici u sterilizzazzjoni.

Wara dan ir-rikonoxximent, bhalma rajna fil-kaz ta' Joanne Cassar, il-persuna xorta ma tkunx ikkunsidrata bhala persuna tas-sess oppost ghall-fini ta' zwieg.

Mistoqsi x'emendi legizlattivi trid taghmel Malta biex talanqas tilhaq il-medja tal-UE, Agius wiegeb li hemm bzonn car li Malta taddotta ligijiet ibbazati fuq id-drittijiet umani tal-persuni LGBTI u fuq il-valuri Ewropej tal-ugwaljanza u l-libertà tal-individwu.

Huwa sostna li matul din is-sena saru diversi stqarrijiet pozittivi mill-Gvern, izda li issa hemm bzonn li dawn id-dikjarazzjonijiet ma jkunux kliem fierah.

"Hemm bzonn li l-ligijiet li jikkumbattu d-diskriminazzjoni jinkludu l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-generu u li l-NCPE tkun provduta bis-sahha li tikkumbatti d-diskriminazzjoni."

"Ghall hafna Maltin, kopja tal-istess sess mhijex ugwali ghall-koppja tas-sess oppost"

Huwa sahaq li hemm bzonn ukoll li l-koppji tal-istess sess jigu rikonoxxuti legalment.

"Din is-sena l-gvern semma wkoll rikonoxximent permezz ta' unjonijiet civili, imma sa issa ma jidhirx li kien hemm dikjarazzjoni cara dwar xi drittijiet se joffru dawn l-unjonijiet", qal Agius. Huwa zied jghid li hemm bzonn ukoll li tigi addottata l-ligi tal-identità tal-generu kif kienet ipprezentata minn Evarist Bartolo.

"Jekk dawn il-weghdiet u ohrajn isiru fatti, Malta tkun bdiet it-triq taghha ghall-emancipazzjoni u r-rispett tal-persuni LGBTI", sostna Agius.

"Filwaqt li l-Maltin huma izjed tolleranti lejn persuni LGBTI milli kienu ftit tas-snin ilu, u jridu li jiddahhlu mizuri sabiex jizgurawlhom ir-rikonoxximent taghhom, huwa car li ghal hafna Maltin koppja tal-istess sess ma hijiex ugwali ghall-koppja tas-sess oppost."

Agius qal dan meta kien mistoqsi jekk in-nuqqasijiet ta' Malta humiex biss legizlattivi, u jekk humiex ukoll estizi ghall-mentalità generali tas-socjetà.

Agius spjega kif wahda mir-ragunijiet ghal din il-mentalità hija li l-ebda persuna omo-sesswali f'Malta ma tista' titkellem fuq zewgha jew zewgu, u jkollha tirreferi ghas-sieheb jew siehba taghha bhala partner.

"Hafna Maltin qatt ma mar-ru tieg ta' koppja tal-istess sess, u probbabbli li lanqas biss jimmaginaw li qatt jistghu jkunu mistednin ghal tieg simili!" stqarr Agius.

Agius jemmen li biex din l-atitudni tinbidel, hemm bzonn bidla fl-istrutturi tas-socjetà, hemm bzonn qafas ghall-ugwaljanza legali, kif ukoll zieda fl-gharfien dwar il-persuni LGBTI.

No comments:

Post a Comment