Tuesday, 8 May 2012

L-Orizzont: GonziPN jerġa’ jipposponi l-abbozz ta’ liġi li jirrikonoxxi koppji tal-istess sess

http://www.orizzont.com.mt/FullArticle.php?ID1='Ahbarijiet'&ID2=90036
8.5.2012

Hu ta' diżappunt li għal darb'oħra l-Gvern ta' GonziPN għażel li jipposponi l-abbozz ta' liġi li jagħti rikkonoximent lil koppji u familji tal-istess sess.  Dan minkejja li l-Ministru tal-Ġustizzja, Djalogu u l-Familja Chris Said ta garanzija li dan l-abbozz kellu jittella' għad-diskussjoni fil-Parlament sa mhux aktar tard mill-aħħar ta' April li għadda.
\
Dan sostnietu l-LGBT Labour filwaqt li rrimarkat li din mhix l-ewwel darba li dan l-abbozz ta' liġi, li l-Gvern qal li se jagħmel parti mill-liġi aktar wiesgħa dwar il-koabitazzjoni, ġie pospost. Żiedet tfakkar li l-Prim Ministru, fil-bidu, kien qal li din il-liġi kellha tiħol fis-seħħ sal-aħħar tal-2010 u sena wara wiegħed li dan kellu jiġri sal-aħħar tal-2011. Aktar minn hekk, din kienet wegħda elettorali tal-Partit Nazzjonalista fil-manifest elettorali tal-1998 li sal-lum għadha ma twettqitx. 

L-LGBT Labour saħqet dwar l-importanza tal-ugwaljanza għar-rigward ta' familji u kopp­ji tal-istess sess u li dawn għandhom jingħataw l-istess drittijiet daqs kull koppja u familja oħra rikonoxxuta bil-liġi.  F'dan ir-rigward qalet li taqbel li l-ewwel pass għall-ugwaljanza fiż-żwieġ għandu jkun l-introduzzjoni ta' liġi dwar unjoni ċivili li tagħti l-istess drittijiet u dmirjiet.

Ikkirtikat il-fatt li filwaqt li qed juża s-slogan "my choice", il-Gvern ta' GonziPN għadu s'issa ma jridx jirrikkonoxi l-għażliet individwali ta' familji magħmulin minn koppji tal-istess sess, anke wara ħafna kliem sabiħ ta' konvenjenza elettorali.

No comments:

Post a Comment