http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=69315
13.1.2011
Rappreżentanti tal-Malta Gay Rights Movement qassmu kopji tal-Proposta għall-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru għal Malta lill-membri parlamentari hekk kif kienu deħlin għas-seduta parlamentari. Kopji tal-proposta ta' liġi ngħataw lil madwar 20 MP fosthom diversi membri tal-Kabinett.
Il-proposta tal-liġi, li tressqet fil-Parlament mid-Deputat Parlamentari Laburista Evarist Bartolo fl-10 ta' Diċembru bħala Private Members Bill, tfittex li tindirizza n-nuqasijiet tal-liġi preżenti fir-rigward ta' persuni trans b'mod li tippro teġi aħjar id-drittijiet u dinjità tagħhom bħala persuni.
L-abbozz ta' liġi huwa bbażat fuq il-prinċipju li d-dritt għal awto-determinazzjoni jinkludi d-dritt li persuna tistabbilixxi l-ġeneru tagħha. Dan id-dritt m'għandux jgħaddi għand terzi persuni bħal tobba, imħallfin, psikologi, politiċi jew uffiċjali tal-istat.
Il-proċess ġudizzjarju pre żenti jinvolvi għadd ta' spejjeż li jridu jinġarru mill-persuni trans li huma wkoll obbligati li jħallsu għall-ispejjeż tad-Direttur tar-Reġistru Pubbliku. Il-proċess ġudizzjarju ġeneral ment jinkludi wkoll perit imqabbad mill-qorti biex jagħmel bosta testijiet fuq il-persuna biex jissigura li din għaddiet minn intervent kirurġiku irriversibbli għat-tibdil tas-sess; testijiet li f'ħafna każi jkunu intrussivi u joffendu d-dinjità tal-persuna.
Ir-rekwiżit li persuna trans tkun għamlet l-intervent kirur ġiku huwa fih innifsu proble matiku speċjalment meta din il-proċedura mhix aċċessibbli taħt l-iskema nazzjonali tas-sigurtà soċjali. L-impożizzjoni minn stat ta' intervent bħal dan biex persuna tkun tista' tibdel l-annotazzjoni dwar is-sess tagħha huwa meqjus bħala ndħil żejjed u mhux neċessarju fil-ħajja privata ta' persuna u jimponi fuq id-dinjità tagħha, speċjalment meta l-intervent kirurġiku jinvolvi riskji għall-ħajja tal-persuna, piż finan zjarju u jwassal għall-isteri lizzazzjoni tal-persuna.
Il-valur legali tal-annotazz joni fuq l-att tat-twelid ukoll mhux ċert kif indikat mill-każ ta' Joanne Cassar li hemm preżentament fil-qorti u d-dritt tagħha li tiżżewweġ raġel.
Il-proposta għall-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru tipprova tegħleb dawn il-problemi billi tibdel il-proċess ġudizzjarju ma' wieħed amministrattiv u billi tneħħi r-rekwiżit li persuna tgħaddi mill-intervent kirur ġiku għat-tibdil tas-sess. Qed jiġi propost it-twaqqif ta' Reġistru ta' Persuni Trans ġeneri, li jkun sigriet fuq l-istess linji tar-Reġistru tal-Persuni Adottati, sistema li diġa' teżisti fil-liġi Maltija.
No comments:
Post a Comment