Tuesday, 25 January 2011

EU Parliament: Il-Parlament Litwan għandu jirrifjuta abbozz ta' liġi kontra l-omossesswali [Malti / English]

http://www.europarl.europa.eu/mt/pressroom/content/20110119IPR11946/html/Il-Parlament-Litwan-g%C4%A7andu-jirrifjuta-abbozz-ta%27-li%C4%A1i-kontra-l-omossesswali

Drittijiet fundamentali − 19-01-2011 - 13:45

L-MEPs talbu lill-Parlament Litwan biex jirrifjuta l-abbozz ta' leġiżlazzjoni li jikkastiga l-"promozzjoni pubblika ta' relazzjonijiet omosesswali". Barra minn hekk, skont ir-riżoluzzjoni adottata, il-minorenni għandhom ikollhom aċċess liberu għall-informazzjoni dwar l-omosesswalità. Il-Kummissjoni Ewropea ġiet mitluba tippreżenta pjan għall-ġlieda kontra l-omofobija.

Din ir-riżoluzzjoni kienet ġiet imressqa mill-gruppi S&D, ALDE, Greens/EFA u GUE/GNL wara "numru ta' avvenimenti inkwetanti", bħall-adozzjoni tal-Liġi dwar il-Ħarsien tal-Minorenni kontra l-Effetti Negattivi tal-Informazzjoni Pubblika, il-fatt li l-awtoritajiet lokali ppruvaw jipprojbixxu l-organizzazzjoni ta' mixjiet favur l-ugwaljanza u tal-gay pride, u l-użu min-naħa ta' politikanti u ta' membri parlamentari ewlenin ta' lingwaġġ ta' theddid li jinstiga l-mibgħeda.

L-abbozz ta' leġiżlazzjoni jemenda l-Kodiċi ta' Offiżi Amministrattivi biex isir jikkastiga l-'promozzjoni pubblika ta' relazzjonijiet omosesswali' b'multa ta' bejn 580 u 2,900 ewro. Skont rapport mill-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali, ippreżentat lill-MEPs fit-30 ta' Novembru 201, dawn l-emendi jistgħu potenzjalment jikkriminalizzaw kważi kull espressjoni pubblika, turija ta', jew informazzjoni dwar, l-omosesswalità.

Il-Parlament Ewropew qabel mal-Ministru Litwan tal-Ġustizzja li huwa tal-fehma li dawn l-emendi jmorru kontra il-Kostituzzjoni tal-Litwanja. Dalia Grybauskaitė, President tar-Repubblika tal-Litwanja u eks-kummissarju tal-UE, ukoll ħadet pożizzjoni soda, fejn iddenunċjat l-abbozz tal-leġiżlazzjoni omofobika bħala wieħed ta' ħsara għaċ-ċittadini Litwani u għall-immaġini tal-Litwanja.

Waqt li nnotaw li l-emendi proposti "għadhom ma ġewx ivvutati mill-Plenarja tal-Parlament Litwan", l-MEPs laqgħu l-pjan tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Litwanja li jeżaminaw l-emendi li tqiesu f'kunflitt mal-liġi Ewropea, u talbu lill-President Grybauskaitė sabiex timponi l-veto tagħha jekk dawn jiġu approvati.

Bżonn ta' pjan tal-UE kontra l-omofobija

L-MEPs stiednu lill-Kummissjoni biex tagħmel evalwazzjoni legali tal-emendi proposti. Ġiet ukoll mitluba tfassal Pjan Direzzjonali tal-UE b'miżuri konkreti kontra l-omofobija u d-diskriminazzjoni fuq bażi tal-orjentament sesswali.

Huma saħqu li "l-Istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE għandhom id-dmir li jiżguraw li d-drittijiet tal-bniedem jiġu rispettati, imħarsa u promossi fl-Unjoni Ewropea," mingħajr distinzjoni fuq bażi tal-orjentament sesswali.

L-edukazzjoni dwar id-diversità sesswali tista' tħeġġeġ it-tolleranza

F'Ġunju 2009, il-Parlament Litwan (Seimas) ivvota b'maġġoranza kbira biex tiġi emendata l-Liġi dwar il-Ħarsien tal-Minorenni kontra l-Effetti Negattivi tal-Informazzjoni Pubblika, fejn il-minorenni ġew ipprojbiti milli jaċċedu għal informazzjoni dwar l-omosesswalità.

L-MEPs isostnu li "l-ebda riċerka kredibbli ma tindika li l-għoti ta' edukazzjoni lit-tfal u liż-żgħażagħ dwar is-sesswalità jista' jaffettwa l-orjentament sesswali tagħhom ... l-edukazzjoni dwar id-diversità sesswali tħeġġeġ it-tolleranza u l-aċċettazzjoni tad-differenzi."

MEPs urge Lithuanian parliament to reject anti-gay law

Fundamental rights − 19-01-2011 - 14:03
Plenary sessions

The European Parliament called on the Lithuanian parliament on Wednesday to reject a draft law that would punish the "public promotion of homosexual relations". It added that minors should be able to access information about homosexuality freely and asked the European Commission to present a plan to combat homophobia.

Wednesday's resolution, put forward by the S&D, ALDE, Greens/EFA and GUE/GNL groups, was triggered by "a series of worrying events", according to MEPs. These include the adoption of a Law on the Protection of Minors against the Detrimental Effects of Public Information, an attempted ban by local authorities on holding equality and gay pride marches and the use by leading politicians of inflammatory or threatening language and hate speech.

The immediate issue is a draft law that would amend the Code of Administrative Offences to punish the "public promotion of homosexual relations" with a fine of between €580 and €2900. This could potentially criminalise almost any public expression or portrayal of, or information about, homosexuality, according to a report by the EU Fundamental Rights Agency presented to MEPs on 30 November.

The draft law is contrary to the Lithuanian Constitution, believes the EP, an opinion shared by the Lithuanian Justice Minister. Lithuania's President Dalia Grybauskaitė (a former EU Commissioner) has also taken a firm stand on the legislation, denouncing it as harmful for Lithuanian citizens and the image of the country.

The proposed amendments "have not yet been voted by the plenary of the Lithuanian parliament and are still under review by the Lithuanian national authorities", MEPs point out. They welcome the authorities plan to review the proposed amendments that have been deemed to be in conflict with European law and ask President Grybauskaitė to veto them should they be approved.

EU plan to fight homophobia needed

Parliament also wants the Commission to undertake a legal assessment of the proposed amendments and to issue an EU Roadmap with measures to fight homophobia and discrimination on grounds of sexual orientation.

"EU Institutions and Member States have a duty to ensure that human rights are respected, protected and promoted in the European Union", without distinction on grounds of sexual orientation, emphasise MEPs.

Education about sexual diversity can encourage tolerance

The Lithuanian parliament (Seimas) has already voted, in June 2009, to amend the Law on the Protection of Minors against Detrimental Effects of Public Information, so as to ban minors from accessing information about homosexuality.

But MEPs argue that "no credible research indicates that educating children and young people about sexuality may affect their sexual orientation (...) Education about sexual diversity encourages tolerance and acceptance of differences".

No comments:

Post a Comment