15:17 | 02.03.2013
Il-Partit Nazzjonalista ma weġibx kwestjonarju mibgħut lilu mill-Malta Gay Rights Movement, bħalma jiġri f'kull elezzjoni l-MGRM tibgħat lill-partiti u titlob il-pożizzjoni tagħhom dwar għadd ta' temi marbuta ma' persuni LGBT. Jirriżulta li filwaqt l-Alternattiva Demokratika u l-Partit Laburista wieġbu dan il-kwestjonarju. Il-Partit Nazzjonalista m'għamlux dan.
Fi stqarrija, kif mistenni l-MGRM qalet li l-poiżizzjoni tal-AD tibqa' l-aktar waħda qrib tal-lobby LGBT.
Dwar il-PL l-MGRM tgħid li dan qiegħed jipproponi unjoni ċivili li titqabbel ma' żwieġ. “Kemm il-PL u kemm l-AD jipproponu miżuri addizjonali b'appoġġ għad-drittijiet LGBT,” jgħid l-MGRM.
Dwar il-PN jingħad ili fid-dawl li ma weġibx il-kwestjonarju l-MGRM ħares lejn il-programm elettorali u lejn xi stqarrijiet pubbliċi li għamel il-Prim Ministru, jingħad li l-MGRM tħoss li hemm livell ta' inċertezza f'dan ir-rigward u t-temm tfakkar ukoll li l-liġi tal-koabitazzjoni li kienet proposta fil-Parlament qabel xolja ma kelliex l-appoġġ tal-persuni LGBT.
No comments:
Post a Comment