Tuesday, 14 February 2012

L-Orizzont: “Wiċċ doppju” tal-Gvern fuq l-orjentazzjoni sesswali

http://www.orizzont.com.mt/FullArticle.php?ID1=%27Ahbarijiet%27&ID2=86431
14.2.2012


"Mela jien nista' nobbliga lill-Knisja Maltija timpjega bil­fors magħha persuni gay?". Dan kien dak li kien jgħid Law­rence Gonzi waqt laqgħat ta' bord li x-xogħol tiegħu kien li jara li jemenda l-liġi industrijali skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea. Fost ir-regoli kien hemm li ma jistax ikun hemm diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol abbażi ta' reliġjon, razza u sess. F'dan il-bord, Law­rence Gonzi, li dak iż-żmien kien Ministru għall-Politika Soċ­jali kien baqa' jirrifjuta li jdaħħal ukoll l-orjentazzjoni sesswali, xi ħaġa li finalment kellha tiddaħħal wara li l-Unjoni Ewropea ġibdet l-attenzjo­ni tal-Gvern.

Din il-pożizzjoni li hu esprima fil-magħluq u quddiem ftit nies, tikkuntrasta bil-kbir mal-istqarrija li għamel fl-aħ­ħar jiem, dwar tibdil fil-liġijiet biex jiġu protetti aktar il-persuni 'gay'. Quddiem dak li kien jgħid Lawrence Gonzi ftit snin ilu biss u xi ħaġa li kien baqa' joġġezzjona għaliha anke sa meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea, qegħdin iqu­mu dubji dwar kemm illum hu verament jemmen fil-kaw­ża tal-persuni 'gay'.

"Nittamaw li dak li ħabbar il-Prim Ministru fl-aħħar jiem, mhux qed isir biss biex jipp­rova jingħoġob mal-poplu. Nem­men li seta' emenda l-li­ġijiet ħafna xhur ilu, imma dej­jem żamm lura minħabba l-Knisja. Deher ċar li l-kjass li nħoloq fuq vjolenza lill-persu­ni 'gay', qed jipprova jirkeb fuqu l-Prim Ministru meta nin­sabu ftit xhur biss bogħod mill-elezzjoni ġenerali," qal­tilna persuna 'gay' meta kkuntattjata minn l-orizzont.

Ftit tal-jiem ilu, il-Prim Mi­nistru Lawrence Gonzi ħabbar li l-liġijiet għandhom jiġu emen­dati u dan wara żewġ inċidenti ta' allegat vjolenza fuq persuni 'gay', liema inċidenti seħħew fi spazju ta' ftit jiem biss. Fi stqarrija li għamel f'Kas­til­ja, u li għaliha ma setgħux isi­ru mistoqsijiet, il-Prim Ministru Gonzi waqt li sejjaħ għall-prudenza fil-kummenti għax il-każijiet għadhom qegħdin ikunu investigati, għamilha ċara li s-soċjetà għandha tirrispetta l-persuna sħiħa, irrispettivament mir-razza, jew l-orjentazzjoni sesswali tagħha.

Hu qal li "liġijiet huma riflessjoni tal-valuri tagħna, u għandhom ikunu inforzati u l-istituzzjonijiet kollha għandhom jevitaw id-diskriminazzjoni u jirrispettaw lill-persuni."

Kemm l-Aditus kif ukoll il-Malta Gay Rights Movement, f'dikjarazzjoni flimkien qalu li att bħal dak li ġara fl-aħħar jiem kontra żewġ persuni 'gay' f'pajjiżi Ewropej ikun investigat bħala reat kriminali ta' mib­egħda, iżda Malta għadha trid testendi l-liġijiet ta' reati kriminali konnessi mal-mi­begħ­da fuq l-omofobija.

1 comment:

  1. As a gay man, I see no reason why the church should be forced by the government to employ gay men.

    This goes against Christian teaching and the Church should have the right to discriminate in this case. I am agnostic by the way.

    ReplyDelete