Wednesday, 1 February 2012

GWU: Mibgħeda fuq orjenzjazzjoni sesswali għandha tkun reat kriminali

27.1.2012 minn Charles Vella

Il-General Workers Union tikkundanna bla riserva kull vjolenza hi ta’ liema forma hi. Iktar u iktar tikkundanna vjolenza li tkun relatata ma’ mibgheda razzjali, orjentazzjoni sesswali jew xort’ohra. F’dan il-kuntest u b’dan il-hsieb, il-GWU tinghaqad ma’ dawk l-organizazzjonijiet kollha li qed jippressaw biex il-mibgheda fuq orjentazzjoni sesswali tigi dikjarata reat kriminali fil-ligijiet ta’ pajjizna.

L-ahhar kaz ta’ vjolenza li sehh fuq koppja lesbjana sempliciment minhabba l-orjentazzjoni sesswali taghha mhux biss hu ksur tad-drittijiet tal-bniedem imma jixhed ukoll l-urgenza kbira li tezisti ghal tibdil mehtieg fil-ligi biex kull cittadin ikollu mohhu mistrieh mill-protezzjoni ghal persuna tieghu hi x'inhi l-orjentazzjoni sesswali tieghu.

Il-GWU tqis li l-orjentazzjoni sesswali m’ghandhiex tkun skop jew skuza ghal vjolenza jew diskriminazzjoni, anzi l-orjentazzjoni sesswali ghandha tkun accettata bla ekwivoku halli s-socjeta tkun verament wahda inklussiva u moderna iktar u iktar meta pajjizna llum jiftahar li hu demokratiku u Ewropew.

Ghaldaqstant il-GWU turi s-solidarjeta taghha ma’ dawk kollha li b’xi mod qed isofru minhabba l-orjentazzjoni sesswali taghhom. Fl-istesswaqt tinghaqad ma’ dawk l-organizazzjonijiet kollha mhux governattivi fl-ghajta taghhom ghar-rispett u l-harsien tad-drittijiet tal-minoranzi.

Il-GWU tistqarr dan fid-dawl tat-twemmin taghha illi kull persuna titwieled hielsa u bl-istess drittijiet u dinjita. Dan it-twemmin taghha il-GWU kienet ghamlitu car f’policy paper li adottat ftit zmien ilu li fih esprimiet li d-dritt ta’ kull persuna li tghix hielsa irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali taghha huwa dritt inaljenabbli u ghandu jkun rispettat il-hin kollu.

Ghaldaqstant il-GWU tishaq fuq l-awtoritajiet biex jassiguraw li d-drittijiet tal-minoranzi jkunu protetti bil-ligi daqs u xejn inqas mill-kumplament tas-socjeta.

No comments:

Post a Comment