25.9.2011 minn Aleander Balzan
Il-liġi tal-koabitazzjoni - li mistennija tkun diskussa fil-parlament tul ix-xhur li ġejjin - hija meqjusa bħala t-tama ta’ ħafna persuni omosesswali biex ikollhom ir-relazzjoni gay tagħhom regolata f’pajjiżna. Iżda Felix Busuttil, direttur ta’ skola taż-żfin, jemmen li l-komunità gay għandha tibbojkottja l-liġi tal-koabitazzjoni. Huwa stqarr dan f’intervista ma’ din il-gazzetta li fiha kellu kliem iebes ħafna għall-mod kif hija stmata l-komunità gay f’pajjiżna filwaqt li jiddikjara l-ħsieb tiegħu favur iż-żwieġ bejn persuni gay u l-adozzjoni.
“Il-liġi tal-koabitazzjoni għandha tkun ibbojkottjata mill-gays għax din il-liġi ma tagħrafx l-imħabba, imma tgħaraf biss li tnejn jgħixu flimkien. Din il-liġi tpoġġi lill-persuni gay on par man-nannu li jgħix man-neputija jew maz-ziju li jgħix mal-bużnanna. Mela gays li għandhom relazzjoni sesswali bħal tnejn miżżewwġin huma l-istess bħal kull relazzjoni oħra? Żewġ persuni gay li jgħixu taħt saqaf wieħed u qegħdin jgħixu bħala koppja għandu jkollhom l-istess drittijiet bħal kull koppja oħra - xejn iktar u xejn inqas!
“Il-ħajja miżżewġa hija ċelebrazzjoni ta’ mħabba fejn tnejn iwegħdu lil xulxin li se jħobbu sal-mewt jekk ikunux sinjuri jew fqar, b’saħħithom jew morda. Ir-ritwal taż-żwieġ ma jispiċċax jekk tnejn ma jistax ikollhom tfal jew le imma jispiċċa biss fejn tispiċċa l-imħabba. Mela ż-żwieġ huwa mħabba! Fullstop! Jekk dak ta’ hemm fuq jibgħatek gay u int tista’ tħobb biss persuna tal-istess sess, jien xi dritt għandi li nwaqqfek milli tħobb u tkun protett bil-liġi f’kull sens, bħal tnejn straight?” jargumenta Busuttil li jħoss li f’Malta persuni gay huma stmati daqs ċittadini tat-tielet klassi.
“Inħoss li hawn Malta persuni gay huma stmati bħala ċittadini tat-tielet klassi, jiġifieri ċittadini mingħajr ebda dritt. Huma ċittadini li jħallsu t-taxxi daqs ħaddieħor. Il-persuni gay huma ċittadini li ħafna drabi joffru sens ta’ preġju lil pajjiżhom fid-dinja tal-arti, l-arkittettura u ħafna oqsma oħra li jagħtu dehen lil Malta. Minkejja dan, huma nies emarġinati, mingħajr ebda dritt ta’ protezzjoni u l-ebda dritt fejn tidħol l-imħabba. Ir-rispett lejn il-komunità LGBT mhux biss irid ikun fil-kliem imma fejn jidħlu liġijiet fejn il-gays huma stmati l-istess. Mhux iktar jew inqas minn ħaddieħor. Ugwali,” jiddikjara Busuttil.
Iżda, Felix Busuttil, fejn iħoss li d-drittijiet tal-persuni gay mhumiex ikunu rrispettati u fejn jippretendi iktar?
“L-ewwel u qabel kollox hemm l-edukazzjoni li nagħtu lil uliedna fejn ma teżistix aktar mibgħeda jew disprezz lejn dawk li huma gay. Kliem oxxen u ta’ disprezz iridu jkunu kkundanati bil-liġi ħalli nevitaw bullying u anke każi serji ta’ suwiċidji. Anke l-Knisja Kattolika nemmen li tweġġa’ jew turi nuqqas ta’ rispett lejn il-gays, li huwa ħażin.
“Is-soċjetà jeħtieġ tifhem li l-gays jitwieldu ġenetikament gays. Din mhix għażla jew influwenza. Il-gays huma tfal ta’ nies eterosesswali mhux omosesswali. Jekk hemm għażla, huwa faċli f’dan ir-rigward li wieħed jagħżel li jkun straight u mhux gay.
“Jekk mhix ħaġa normali li tkun gay, mela kif 10% mill-popolazzjoni fid-dinja hija gay? Dak ifisser 10 minn kull 100 minna fostna jitwieldu gay. Ma nistax nifhem għalfejn dan l-għaġeb kollu meta l-gays minn dejjem kienu jeżistu u se jibqgħu jeżistu. In-natura tiddeċiedi dan il-fatt! It-tieni għajb huwa fir-rigward tal-imħabba. Jien nemmen li Alla jibgħatek gay u żgur la ma jridekx ħajtek kollha mingħajr ma tħobb, però nimxu ‘l bogħod mir-reliġjon għax l-istat u r-reliġjon għandhom ikunu separati. L-istat għandu jipproteġi lill-minoranzi. Li jkun hemm ugwaljanza f’kull dritt uman u l-imħabba huwa dritt bażiku. Min ma jirrispettax dan id-dritt, għandu istint ta’ annimal,” jgħid Busuttil li jsemmi żewġ każi ta’ diskriminazzjoni li jiġru f’pajjiżna.
“Fil-każ ta’ Joanne, per eżempju, li biddlet is-sess tagħha. Minkejja li llum hija mara ma tistax tiżżewweġ!
“Fil-każ ta’ Joanne, per eżempju, li biddlet is-sess tagħha. Minkejja li llum hija mara ma tistax tiżżewweġ!
“Li jekk Ingliż li jkollu sieħeb Brażiljan, jiġi jgħix hawn Malta, għax qegħdin fl-Ewropa is-sieħeb Brażiljan jista’ jgħix hawn Malta. Però Malti mal-istess sieħeb Brażiljan, ikollu lis-sieħeb imkeċċi. Din mhix diskriminazzjoni sfaċċata?” jistaqsi.
Għaliex żwieġ?
Għal Felix Busuttil l-emfasi fuq iż-żwieġ ġejja mill-fatt li dan l-istat jagħti iktar rikonoxximent, anke legali.
Għaliex żwieġ?
Għal Felix Busuttil l-emfasi fuq iż-żwieġ ġejja mill-fatt li dan l-istat jagħti iktar rikonoxximent, anke legali.
“Iż-żwieg jew “civil partnership” sejħilha kif trid iġġib magħha dan l-istat - stat ta’ struttura, stat ta’ rikonnoximent, stat ta’ liġijiet ugwali għal kulħadd. Liġijet fejn relazzjoni gay tkun stmata bħal dik straight fir-rigward ta’ taxxi, pensjonijiet, wirt, viżti l-isptar u l-ħabs, bereavement leave, next-of-kin u l-liġijiet l-oħra kollha li l-politikanti straight joħduhom for granted.
“Civil partnerhips jew Gay Marriage hija xi ħaġa ħafna aktar stabbli u responsabbli minn co-habitation. Aħna bħala soċjetà sensibbli irridu nevitaw relazzjonjiet li jkunu neqsin mir-responsabbiltà , dixxiplina, kunsens u għaqda. Huwa commitment ta’ Maltin u ta’ Ewropej li aħna għandna ugwaljanza fil-liġijiet - libertà u kuxjenza - dan hu kuntratt soċjali ta’ pajjiżna. Dan il-kuntratt hu il-kolla li tgħaqqad popolazzjoni diversa f’nazzjon. Meta kienet ovvja li s-suwed ukoll kienu tfal ta’ Alla u li mara tista’ taħseb għaliha nnfisha, il-pajjiż kellu jieħu deċiżjonijiet: jespandi il-franchise jew jitlef il-leġittimita tiegħu li huwa pajjiż liberu u ta’ kuxjenza. Li tgħid li l-gays ma jistgħux iħobbu jew jistrutturaw l-imħabba tagħhom wieħed qiegħed ikemmex il-valur taż-żwieġ għax iż-żwieġ hu sħubija, impenn, rispett u mħabba u mhux koabitazzjon,” iżid Busuttil li jtemm l-intervista qasira mat-TORĊA billi jqajjem anke xi mistoqsijiet dwar it-tema tal-adozzjoni.
“X’differenza tgħaddi bejn adozzjoni jew żewġ nisa lesbjani li jiddeċiedu li jkollhom it-tfal tagħhom jew żewġ irġiel li jagħżlu surrogate mother bl-isperma tagħhom? Jew dak li kien miżżewweġ qabel, kellu it-tfal, ma ridx iktar jaħbi li hu gay u li issa separat u t-tfal jgħaddu tmiem il-ġimgħa miegħu anke jekk qiegħed f’relazzjoni gay? Dawn huma double standards. Kif se nipproteġu it-tfal tal-gays? Għax ħafna koppji gay illum jixtiequ ukoll it-tfal hija stupida u ta’ disprezz li ngħidu fl-istess sentenza gay u pedofilu - dawn ma għandhom x’jaqsmu. Jeżistu ħafna straights li mmolestaw lit-tfal tagħhom. Allura nneħħu d-dritt lill-ettrosesswali li jkollhom it-tfal?! Min hu gay trabba ġo familja totalment straight - allura kif ma kienx influwenzat ( u gay mhiex influwenza!! ) li jkun straight?” temm jistaqsi Busuttil.
“X’differenza tgħaddi bejn adozzjoni jew żewġ nisa lesbjani li jiddeċiedu li jkollhom it-tfal tagħhom jew żewġ irġiel li jagħżlu surrogate mother bl-isperma tagħhom? Jew dak li kien miżżewweġ qabel, kellu it-tfal, ma ridx iktar jaħbi li hu gay u li issa separat u t-tfal jgħaddu tmiem il-ġimgħa miegħu anke jekk qiegħed f’relazzjoni gay? Dawn huma double standards. Kif se nipproteġu it-tfal tal-gays? Għax ħafna koppji gay illum jixtiequ ukoll it-tfal hija stupida u ta’ disprezz li ngħidu fl-istess sentenza gay u pedofilu - dawn ma għandhom x’jaqsmu. Jeżistu ħafna straights li mmolestaw lit-tfal tagħhom. Allura nneħħu d-dritt lill-ettrosesswali li jkollhom it-tfal?! Min hu gay trabba ġo familja totalment straight - allura kif ma kienx influwenzat ( u gay mhiex influwenza!! ) li jkun straight?” temm jistaqsi Busuttil.
No comments:
Post a Comment