Thursday, 28 April 2011

KullĦadd: Malta bi ksur tad-drittijiet umani tal-persuni trans

http://www.kullhadd.com/201104232820/Ahbarijiet/malta-bi-ksur-tad-drittijiet-umani-tal-persuni-trans.html
23.4.2011

Artiklu li deher fuq is-sit TGEU (Transgender Europe), li huwa sit li jwassal informazzjoni dwar id-drittijiet tal-persuni transesswali fil-pajjizi tal-Unjoni Ewropea, ikkritika bl-ahrax lil pajjizna hekk kif qieghed kontinwament jikser id-drittijiet fundamentali umani tal-persuni trans.

Dan hekk kif pajjizna ma joffrix facilitajiet maghrufa bhala gender confirming surgeries, operazzjonijiet li permezz taghhom persuna tista' tibdel is-sess taghha. Kien il-Ministru tas-Sahha stess Joe Cassar li fil-Parlament ikkonferma li dawn il-facilitajiet ghadhom ma jezistux f'pajjizna.

Sadanittant, fil-Parlament, il-Ministru Cassar ma wegibx dwar jekk dawn it-tip ta' operazzjonijiet hux ser jigu nkluzi fl-iskemi tas-sahha pubblika.

Il-Qorti Ewropeja tad-drittijiet umani kienet iddecidiet li kull stat membru tal-Unjoni Ewropea ghandu l-obbligu li jipprovdi l-facilitajiet necessarji sabiex persuna tkun tista' tibdel is-sess taghha.

Fir-rapport tieghu intitolat 'Human Right and Gender Identity', il-Kummissarju Ewropew ghad-drittijiet umani, Thomas Hammarberg jghid li kull pajjiz membru fl-Unjoni Ewropea ghandu d-dover li joffri l-facilitajiet kollha medici li huma mehtiega ghall-persuni trans, liema facilitajiet u trattamenti ghandhom jinkludu wkoll operazzjonijiet li jwasslu ghall-full gender-reassignment.

L-artiklu jzid jghid li Malta tehtieg li tindirizza diversi kwistjonijiet marbuta mall-persuni trans, fosthom il-fatt li persuni trans ma jistghux jizzewwgu u l-fatt li meta persuna tbiddel is-sess taghha, trid bilfors tintbghat ghal trattamenti psiko-terapewtici, trattamenti ormonali u trid issirilha wkoll evalwazzjoni minn professjonist fis-sahha mentali.

Dawn ir-rekwiziti kollha li qed jigu mposti f'Malta fuq persuni trans, qeghdin jiksru l-principji ta' Yogyakarta li gew ifformulati fl-Indonezja fl-2006 u li jghidu car u tond li rekwiziti bhal dawn ghandhom jitnehhew minnufih biex jonqos l-agir abbuziv f'dan ir-rigward.

Is-sit isemmi wkoll il-kaz ta' Joanne Cassar ta' 29 sena, hekk kif din qed tigI mcahhda mill-qorti milli tizzewweg minhabba li hija persuna trans.

TGEU iheggeg lil l-awtoritajiet ta’ pajjizna biex ibiddlu l-politika u l-ligijiet prezenti li sa issa ghadhom ma jirrikonoxxux persuni trans u dan sabiex dawn il-persuni ma jibqghux jigu ddiskriminati.

No comments:

Post a Comment