Tuesday, 19 April 2011

It-Torċa: Fr Colin: Gay u kattoliku

17.4.2011

Fr Colin,

• Ħallini nifraħlek tat-tweġiba tajba ħafna, li tajt għad-domanda li għamlulek fit-TORĊA tal-Ħadd li għadda: Li Tkun Gay: Mixja ta’ Fidi.
Jien inħossni grat ħafna ta’ kif weġibt, għax niżgurak li l-mod li weġibt jibni relazzjonijiet fil-familji iktar b’saħħithom; qed tgħallem lin-nies biex ma jiddiskriminawx jew jiġġudikaw lil dawk li huma differenti minnhom.
Inti qed tagħmel iktar sinjura l-Knisja tagħna għax qed tistieden lill-membri tal-Knisja biex jaċċettaw l-isfidi tal-ħajja.
Prosit, mill-qalb - forsi tixtieq tiġi għal-laqgħa tagħna.

Il-ħabiba tiegħek fil-Mulej,

Joseann

Li tkun Gay: Mixja ta' Fidi

• Nirringrazzjak. Nipprova nitkellem dak li jien konvint minnu u nipprova li nkun b’saħħti biżżejjed, bl-għajnuna t’Alla, li ngħix dawk il-valuri ta’ tolleranza, non-ġudizzju, aċċettazzjoni tad-diversità u d-differenza li nara madwari.
Konvintissimu mill-imħabba bla kundizzjoni li Alla għandu għal kull persuna.
Naprezza ħafna l-istedina tiegħek u nittama li nkun nista’ nattendi.
Nhar l-Erbgha 20 ta’ April, fis-7.30 pm, se ssir quddiesa mid-DRACHMA PARENTS’ GROUP biex jirringrazzjaw lil Alla għal dawk kollha li huma leżbjani, gay, bi-sesswali u transgender (LGBT) kemm
bħala individwi, dawk li jiġu minnhom u ħbieb.

Min irid iżjed tagħrif jista’ jiksbu: http://www.maltagayrights.net/DrachmaParents.
Naprezza ħafna dak kollu li qegħdin tagħmlu biex tgħinu lill-ġenituri tal-LGBT biex ikomplu jaċċettaw bla ebda kundizzjoni lil uliedhom. Li jkomplu jħobbuhom, jaċċettawhom u jinkoraġġuhom f’ħajjithom.

Id-DRACHMA PARENTS’ GROUP qegħdin jagħmlu xogħol verament utli għas-soċjetà Maltija. Qegħdin iġibu bidla bil-mod fil-kultura tagħna li għandha bżonn ħafna li timxi ‘l quddiem.

Nammira ħafna lil Fr Hilary u Fr Saviour li qegħdin jagħtukom il-premises tal-Millenium Chapel u jagħtukom kull support. Il-Patrijiet Agostinjani qegħdin ikunu pijunieri li juru t-triq 'il quddiem.

No comments:

Post a Comment