9.2.10 minn Victor Vella
“Diskors kuraġġuż… pożittiv… bla ebda attakki u tgħajjir… diskors ta’ siegħa li fih il-Prim Ministru Gonzi ma ssemma xejn… diskors tajjeb li fih inkluda miż-żgħażagħ sal-anzjani, mill-persuni b’diżabilità sal-‘gays’, mill-fqar sal-persuni tal-klassi tan-nofs, minn konsul tazzjoni mal-unjins sa stat lajk, separat mill-Knisja.” Dawn kie nu xi kummenti li għaddew lil l-orizzontgħadd ta’ delegati li lbieraħ kienu qegħdin isegwu d-diskors tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat fi tmiem il-Laq għa Ġenerali Ann wali deskritta bħala speċjali u li se tibqa’ mniżżla fl-istorja bħala li welldet il-Moviment tal-Progressivi u Moderati. F’dan id-diskors ta’ Dr Muscat spikkaw diversi punti li s’issa f’pajjiżna ftit li xejn qamet diskussjoni dwarhom. Fost dawn kien hemm dik tal-bżonn ta’ aktar pieni ħorox għal min jattakka persuni anzjani, rego lamen tazz joni biex persuni anzjani u vulnerabbli ma jispiċċawx mormijin fi sptarijiet u abbandu nati. Dikjarazzjoni oħra importanti kienet dik li l-unjins kollha u għalhekk anke l-FORUM, għandhom ikunu fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD). Joseph Muscat iddikjara wkoll li l-prinċipju tan-newtralità – li għalih tant ħadem il-Partit Laburista, għandu jibqa’ jkun inkluż fil-Kostituzzjoni. Il-Mex xej tal-Moviment, semma’ punt ieħor kruċjali – dak li verament id-demokrazija tkun mgħożża u kulħadd ikollu d-dritt li jsemma’ leħnu mingħajr intimidazzjoni. Waqt li għal darb’oħra reġa’ ddikjara li l-moviment hu kontra l-abort, saħaq li l-moviment se jkun qed jaspira għal stat lajk, li jkun ħabib mal-Knisja imma mhux ħaġa waħda mal-Knisja Kattolika. Semma’ wkoll il-liġi opportunitajiet indaqs għall-persuni b’diżabilità u l-mira li l-postijiet tax-xogħol ikollhom tnejn fil-mija tal-ħaddiema b’diżabilità. Spjega li din hi xi ħaġa li trid tkun ittrattata, biex verament tirrifletti l-ħtiġijiet tal-lum u tkun ta’ benefiċ ċju għall-persuni b’diżabilità. Saħaq fuq l-im portanza li s-suq tax-xogħol u l-edukaz zjoni jkunu miftuħin beraħ għall-persuni b’diżabilità. Konferenza ghal kollox differenti Il-konferenza ġenerali tal-bieraħ mhux biss kienet waħda storika għall-Partit Labu rista għax rat il-bidla minn partit għall-Mo viment ta’ Progressivi u Moderati iżda fiha wieħed seta’ jinnota għadd ta’ bidliet sinifikanti – sinjal tal-ħidma li saret fl-aħħar xhur biex isiru l-bidliet neċessarji li jirriflettu ż-żminijiet li qegħdin ngħixu fihom. Kienet konferenza li fiha ma spikkawx l-attakki fid-diskors tal-Mexxej. Il-konferenza ma ntemmitx bis-soltu innu tal-Partit Labu ris ta, imma bl-Innu Malti. Mhux hekk biss, iżda fil-konferenza tal-bieraħ spikka in-nuq qas ta’ tixjir ta’ imkatar mad-diskors tal-Mexxej – li minflok intlaqa’ bl-applawsi. F’sala ippakkjata bid-delegati, Joseph Muscat intlaqa’ bi preżentazzjoni viżwali fuq skrin kbir bid-diska “We Weren’t Born to Follow” tal-kantant Bon Jovi. Diska li nħar ġet fl-aħħar ġimgħat u li l-lirika tagħha hi simili sew tal-għanijiet tal-Moviment tal-Progressivi u l-Moderati. Id-diska li tgħid li għa da se jisbaħ jum aħjar u biex finalment kulħadd iqum fuq saqajh u jżomm ma’ dak li jemmen, kienet ukoll parti mill-messaġġ tal-Mexxej Joseph Muscat. Il-mozzjoni approvata F’din il-konferenza li damet għaxart ijiem, ġiet approvata b’mod unanimu l-moz zjoni programmatika. F’din il-mozzjoni tfasslu l-prinċipji li fuqhom se tkun imfassla l-politika, il-manifest elettorali u l-pjan għal pajjiżna. Il-Mexxej tal-Moviment tal-Progressivi u l-Moderati, Joseph Muscat qal li b’dak li qed isir qiegħda tinkiteb l-istorja ta’ pajjiż na. Spjega li l-Partit Laburista kien f’salib it-toroq, imma għażel it-triq ambizzjuża, għa żel it-triq għall-futur – it-triq għat-twaq qif ta’ moviment. Joseph Muscat qal li “stajna għażilna l-kumdità li ma niddiskutux. Li ma nistaqux. Li nħallu kollox l-istess. Li ma nkomplux inbiddlu. Minflok għażilna t-triq l-iebsa, għa żilna moviment ġdid li se jwassalna għal pajjiż aħjar.” Minn Kostituzzjoni ghal ugwaljanza, drittijiet civili u Stat lajk Il-Mexxej tal-Moviment elenka l-politika li biha se jimxi dan il-moviment, li l-għan tiegħu hu li jiġbor fi ħdanu lill-prog ressivi u l-moderati. Dr Muscat qal li “il-moviment se jkun jemmen f’Kostituzzjoni li jkun id-dokument li jgħaqqadna. Kostituzzjoni li l-movi ment ma jiddejjaq xejn li tiġġedded biex tir rifletti l-aspirazzjonijiet tan-nies waqt li żżomm il-prinċipji ewlenin fosthom in-new tralità. |
Prinċipju ieħor tal-moviment se jkun dak li “jgħożż id-demokrazija. Issemma’ leħ nek mingħajr intimidazzjoni. Wieħed mill-impenji tal-moviment hu li anke min ma jaqbilx magħna se jkollu l-libertà kollha li jgħid dak li jħoss.” |
No comments:
Post a Comment