SATURDAY, 08 AUGUST 2009 12:41 ALEANDER BALZAN
Il-Membru tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista David Casa ma zammx wieghda li ghamel lill-komunità gay ftit jiem qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
F’laqgha li kienet saret bejn il-Malta Gay Righs Movement (MGRM) u numru ta’ kandidati tal-PN ghall-Parlament Ewropew, fosthom Simon Busutill u David Casa kien imwieghed li dawn se jiffirmaw petizzjoni li titkellem dwar id-drittijiet ta’ persuni omosesswali u l-glieda kontra d-diskriminazzjoni fil-konfront ta’ dawn il-persuni.
Izda anke jekk ghaddew iktar minn xahrejn minn meta David Casa ghamel il-wieghda tieghu ghadu ma sabx hames minuti biex jidhol fis-sit www.ilga-europe.org u jiffirma din il-petizzjoni.
Din il-petizzjoni hija mbuttata mill-organizzazzjoni Ewropea li tirrapprezenta lill-komunità gay (ILGA EUROPE) u sa issa kisbet il-firma ta’ iktar minn wiehed minn kull hames MEP’s.
KullHadd ha r-reazzjoni ta’ Gabi Calleja li tikkordina l-hidma ta’ l-MGRM.
“Sa issa l-MEP’s Maltin iffirmaw kollha hlief David Casa,” qalet bit-tbissima Calleja.
“Ahna nahsbu li hija pozittiva hafna li kwazi l-MEP’s kollha Maltin iffirmaw din il-pledge. Nisperaw li jissaraf f’commitment reali meta nigu ghall-voti fil-parlament,” ziedet tghid Calleja.
Hija spjegat kif wara l-elezzjonijiet l-MGRM kiteb lil David Casa biex jinfurmawh li ghadu fil-hin biex jiffirma.
“Però ma smajna xejn min ghandu,” ziedet tghid Calleja. Dwar l-attitudni ta’ David Casa kiteb l-opinjonista tal-gurnal elettroniku maltastar.com Sandro Mangion.
Mangion li fil-passat immilita fl-MGRM semma’ l-artiklu tieghu dwar is-suggett: “What’s the matter, David?”.
Huwa staqsa x’qieghed iwassal ghal din l-attitudni ta’ David Casa meta tul l-ahhar snin, bhala MEP, mhux l-ewwel darba li ffrekwenta l-Gay Pubs ta’ Brussell.
Fl-2006 kif ukoll fl-2007 David Casa hasel idejh minn rizoluzzjonijiet li kkundannaw l-omofobija u l-vjolenza kontra nies omosesswali waqt li Simon Busuttil mar pass iktar u kien ivvota kontra ir-rizoluzzjoni ta’ l-2006 li ttrattat il-vjolenza kontra nies gay. Dan ma kienx l-uniku kaz.
[Tista' tikklikja hawn biex tara l-kummenti fis-sit tal-KullĦadd.]
No comments:
Post a Comment