3.8.9
Il-Belt Valletta, 3rd August 2009 – Skont stħarriġ tal-Ewrobarometru li sar dan l-aħħar, 53% tal-persuni li weġbuh qalu li ma jafux x’inhuma d-drittijiet tagħhom jekk jisfaw vittmi tad- diskriminazzjoni jew tal-fastidju. Biex ikun żgurat li jitħarsu d-drittijiet, il-Kummissjoni Ewropea għandha liġijiet dettaljati kontra d-diskriminazzjoni, u twaqqaf netwerk Ewropew ta’ Entitajiet Nazzjonali għall-Ugwaljanza biex jgħinu lil dawk li qed ifittxu parir. Barra minn hekk, biex tippromwovi l-benefiċċji ta’ soċjetà diversa u biex tiġġieled id-diskriminazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea bħalissa tinsab għaddejja bil-kampanja “Ngħożżu d-Diversità. Diskriminazzjoni Qatt”, maħsuba ħalli tqajjem il-kuxjenza fuq dan is-suġġett.
L-Istħarriġ tal-Ewrobarometru – Il-Fatti Ewlenin
Skont stħarriġ li sar dan l-aħħar mill-Ewrobarometru, id-diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini etnika (62%) hi meqjusa bħala l-aktar forma ta’ diskriminazzjoni mifruxa fl-Unjoni Ewropea, segwita mid-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-orjentazzjoni sesswali (51%) u tad-diżabbiltà (45%). Dan l-istħarriġ juri wkoll li l-Ewropej huma komdi bl-idea li jkollhom membru mill-gruppi ta’ minoranza joqgħod bieb ma’ bieb magħhom. Madankollu, kwart tal-Ewropej ma jkunux komdi b’ġar Roma, meta mqabbla ma’ 6% biss li jiddikjaraw dan għal ġar ta’ oriġini etnika differenti minn tagħhom. Barra minn hekk, 15% ta’ dawk li wieġbu qalu li kienu vittmi tad-diskriminazzjoni matul il-perjodu ta’ 12-il xahar ta’ qabel l-istħarriġ, u 29% qalu li kienu xhieda ta’ diskriminazzjoni li saret lil ħaddieħor matul l-istess perjodu. Ta’ min jinnota li d-diskriminazzjoni globalment tidher li qed tonqos, għalkemm mhux b’rata kbira.
L-Entitajiet Nazzjonali għall-Ugwaljanza
Biex ikun żgurat li l-liġi tal-UE f’dan il-qasam tiġi implimentata kif suppost u b’mod effettiv, twaqqfu l-Entitajiet għall-Ugwaljanza madwar l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, bil-ħsieb li jippromwovu l-ugwaljanza u jiġġieldu d-diskriminazzjoni fl-oqsma koperti mid-Direttivi għat-

Trattament Ugwali tal-UE.
Dawn jipprovdu għadd ta’ servizzi li jinkludu assistenza indipendenti lill-vittmi tad-diskriminazzjoni, it-twettiq ta’ stħarriġiet indipendenti dwar id-diskriminazzjoni, il-pubblikazzjoni ta’ rapporti indipendenti u l-għoti ta’ suġġerimenti fuq dan il-qasam.
Il-kampanja "Ngħożżu d-Diversità. Diskriminazzjoni Qatt.”

Din il-kampanja ta’ informazzjoni “Ngħożżu d-Diversità. Diskriminazzjoni Qatt.” tnediet mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs fl-2003 u hi maħsuba biex tinforma lin-nies fl-Ewropa bid-drittijiet u bir-responsabbiltajiet tagħhom skont il-leġiżlazzjoni tal-UE.
Il-kampanja qed tiġi organizzata fis-27 Stat Membru kollha tal-UE biex tqajjem kuxjenza fuq id-diskriminazzjoni u dwar il-leġiżlazzjoni li teżisti, biex niġġilduha kif ukoll biex tagħmel enfasi fuq il-benefiċċji tad-diversità fil-post tax-xogħol u fis-soċjetà kollha. Għandha l-għan li tiġġieled kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini razzjali jew etnika ta’ persuna - fl-oqsma kollha tal-ħajja - u kwalunkwe diskriminazzjoni fil-post tax-xogħol ibbażata fuq l-età, id-diżabbiltà, l-orjentazzjoni sesswali, ir-reliġjon jew it-twemmin.
Biex il-kampanja tiġi implimentata kif jixraq fil-livelli nazzjonali, twaqqfu Gruppi ta’ Ħidma Nazzjonali li jlaqqgħu flimkien esperti dwar id-diskriminazzjoni minn setturi u organizzazzjonijiet differenti mis-27 Stat Membru tal-UE. Peress li tiġbor flimkien rappreżentanti minn NGOs, minn organizzazzjonijiet tan-negozju, minn assoċjazzjonijiet ta’ impjegaturi u ta’ impjegati, minn trade unions, u minn ministeri nazzjonali, il-kampanja qed tibbenefika mill-ħila esperta ta’ varjetà wiesgħa ta’ nies li jaħdmu fl-UE kollha.
Għal aktar tagħrif, żur: www.stop-discrimination.info
L-Entità Nazzjonali għall-Ugwaljanza f’Malta hi: Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE): www.equality.gov.mt
---

Leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea rigward id-Diskriminazzjoni: Id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjieg 2000/78/KE
---
Partijiet tad-dokument li huma relevanti għall-dan is-sit:
Id-Diskriminazzjoni f’Ċifri - Orjentament sesswali
- F’pajjiżi b’leġiżlazzjoni soda li tħares id-drittijiet tal-persuni LGB (Lesbjani, Omosesswali, u persuni Bisesswali) inkluż id-dritt li jistabbilixxu sħubija legali, l-attitudnijiet ġenerali lejn persuni LGB ħafna drabi tkun aktar pożittiva. L-attitudnijiet lejn persuni transgender huma aktar negattivi b’mod sinifikanti meta mqabbla mal-attitudnijiet lejn lesbjani, irġiel omosesswali u persuni bisesswali. (FRA 2008)
- L-Ewropew medju huwa ġeneralment komdu bl-idea li jkollu persuna omosesswali bħala ġar. 45% jgħidu li jkunu kompletament komdi b’dan, 9% jagħtu risposta spontanja li jkunu indifferenti. Il-livell ta’ kumdità b’mexxej politiku omosesswali hija kemmxejn anqas, b’7.0 fuq skala ta’ 10 punti. (Ewrobarometru 2008)
- Fuq skala ta’ 10 punti, l-persuni Żvediżi (9.5), Olandiżi u Daniżi li rrispondew kienu l-aktar ‘komdi’ (9.3) bl-idea li jkollhom persuna omosesswali toqgħod bieb ma’ bieb magħhom, imma kien reġistrat livell ta’ ‘kumdità’ ħafna aktar baxx fil-Litwanja (6.1), il-Latvja (5.5) u l-Bulgarija (5.3). (Ewrobarometru 2008)
Għal aktar informazzjoni:
1. Eurobarometer: “Discrimination in the European Union: Perceptions, Experiences and Attitudes”. Fieldwork February – March 2008. Publication July 2008: http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_296_en.pdf
7. Homophobia and discrimination on Grounds of Sexual orientation in the EU Members States: Part I Legal Analysis 2008. Fundamental Rights Agency http://fra.europa.eu/fraWebsite/products/publications_reports/pub_cr_homophobia_0608_en.htm
8. Homophobia and discrimination on Grounds of Sexual orientation in the EU Members States: Part II The Social Situation 2009. Fundamental Rights Agency http://fra.europa.eu/fraWebsite/products/publications_reports/pub_cr_homophobia_p2_0309_en.htm
12. Eurobarometer. Country Fiches: “Discrimination in the European Union: Perceptions, Experiences and Attitudes”. Fieldwork February – March 2008. Publication July 2008: http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/eb_special_en.htm
13. Country reports - Homophobia and Discrimination on Grounds of Sexual Orientation and Gender Identity in the EU Member States, Fundamental Rights Agency: http://fra.europa.eu/fraWebsite/research/background_cr/cr-hdgso-p2_en.htm
No comments:
Post a Comment