http://younglabour.blogspot.com/2008/07/la-mara-tizzewweg-ragel.html
Stqarrija maħruġa mill-Forum Żgħażagħ Laburisti
31 ta’ Lulju 2008
Il-Forum Żgħażagħ Laburisti jixtieq jesprimi l-appoġġ tiegħu lil Joanne Ċassar, il-persuna li minkejja li llum hija rikonoxxuta bħala mara, s’issa ma tħallietx tiżżewweġ raġel.
Wara li fil-jiem li għaddew Ċassar ħadet il-każ tagħha fil-Qorti Kostituzzjonali, il-Forum Żgħażagħ Laburisti jħoss li għandu jesprimi l-appoġġ tiegħu lejn din il-kawża ġusta.
Nemmnu li persuna rikonoxxuta bħala mara, dan wara li għamlet ‘gender reassignment’ u b’hekk assumiet is-sess femminili b’mod irriversibbli, għandha kull jedd li tiżżewweġ ċivilment raġel.
Qegħdin nieħdu din il-pożizzjoni mhux għax nemmnu li neċċesarjament irridu nagħmlu bħal pajjiżi ohrajn, iżda għax ahna konvinti li f’dan l-istadju huwa sempliċiment dritt ta’ din il-mara li tiżżewweġ raġel. Xejn iktar u xejn inqas.
F’dan l-istadju rridu nagħmluha ċara li din hija biss il-pożizzjoni uffiċjai tal-Forum Żgħażagħ Laburisti.
Nittamaw li l-każ inkwistjoni jkun riżolt b’mod sodisfaċenti f’pajjiżna u ma jkunx hemm għalfejn jitla’ quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja biex Joanne tkun tista’ tiżżewweġ persuna tas-sess oppost tagħha f’pajjiżna.
Nota: L-A.D. diġa' kienet ħarġet stqarrija fuq dan il-każ ftit ġimgħat ilu (Ara hawn).
No comments:
Post a Comment