13 ta' Lulju 2008
Minn
Għax minkejja dan il-konflitt kollu, Peterson Toscano illum il-ġurnata huwa magħruf sew għall-ħiliet tiegħu bħala poeta, attur, kittieb tal-kummiedji, stand-up comedian, attivist omosesswali u fuq kollox huwa Nisrani devot. U b’artistrija komika mill-aqwa, il-mod mhux tas-soltu ta’ kif iħares u jinterpreta l-affarijiet, iħalli impatt kbir fuq l-udjenza u jisirqilha l-attenzjoni sħiħa tagħha, jekk mhux ukoll qalbha.
U din forsi hija l-isbaħ ħaġa tax-xogħlijiet teatrali tiegħu għax mhix is-sura tradizzjonali ta’ kif wieħed iwassal il-messaġġ tiegħu. Fil-veru sens tal-kelma, joffri esperjenza, mimlija daħk u mumenti ta’ intimità u ta’ sorpriża li jolqtu l-għeruq profondi tal-pubbliku li jkollu quddiemu. L-istorja unika ta’ ħajtu ħaditu f’postijiet tal-ġenn u laqqgħetu ma’ sitwazzjonijiet li kapaċi jkissruk fil-veru sens tal-kelma, iżda minkejja kollox irnexxielu joħroġ
Meqjus bħala avveniment uniku għal pajjiżna, issa l-pubbliku Malti se jingħata l-opportunità li jara u jisma’ lil Peterson Toscano jippreżenta tnejn mill-aqwa xogħlijiet teatrali tiegħu: ‘The Re-Education of George W. Bush’ u ‘Transfiguration – Trangressing Gender in the Bibble’. Dan se jsir bl-inizjattiva tal-grupp Drachma bil-kollaborazzjoni sħiħa ta’ Warehouse No. 8, nhar il-Ġimgħa, 18 u s-Sibt, 19 ta’ Lulju.
Konflitt intern
Imwieled fl-Amerika
Is-sens ta’ ħtija li beda jħoss wasslu biex jagħmel it-tagħlim tal-Knisja fiċ-ċentru ta’ ħajtu. Beda jħares lejn id-devozzjoni li kellu lejn il-Knisja kemm bħala speċi ta’ ribelljoni kontra l-fidi mhux daqstant qawwija tal-familja konservattiva tiegħu, kif ukoll irtirata mix-xewqat sesswali li kellu. Beda jagħti aktar importanza lill-kelma miktuba milli lit-tifsira tagħha u qatta’ ħinijiet twal il-knisja fejn sar ukoll membru attiv ta’ organizzazzjoni taż-żgħażagħ tagħha. Jgħid li ta’ ħmistax-il sena, waqt li kien fil-kamra tiegħu, ħass il-preżenza ta’ Alla u dan l-inkontru saħħaħlu aktar il-fidi tiegħu.
Wasslu wkoll biex fetaħ qalbu ma’ żewġ nisa li bħalu kienu jiffrekwentaw il-knisja u dawn, waqt li qalulu li kien "twieled mill-ġdid", għamlulu l-kuraġġ biex ikellem lill-qassis responsabbli mill-parroċċa tagħhom. Hekk kif sema’ bit-taqbida li kellu kontra l-orjentament sesswali tiegħu, il-qassis ħadu taħt idejh u beda jagħtih il-pariri u jgħinu jimmemorizza partijiet sħaħ mill-Bibbja b’mod li biddillu għall-kollox il-mod ta’ kif kien iħares lejn il-ħajja ta’ madwaru.
Għall-ewwel beda jaħseb li kull ma ried jagħmel kien li jimla’ ħajtu b’Ġesù u bil-Bibbja, u jibdel ix-xewqat ħżiena b’dawk tajbin. Kien jisħaq miegħu nnifsu li assolutament ma riedx ikun persuna gay għax kien jemmen li dawn jgħixu ħajja ta’ dnub, ħajja li ma kienetx normali, u hu ried li jkun tifel tajjeb. Iżda, minkejja li ma kienx jitlef attività organizzata mill-knisja li kien jiffrekwenta u minkejja l-biżibilju ta’ kotba li qara dwar l-omosesswalità, xorta waħda baqa’ jħoss il-ġibdiet sesswali għal persuni ta’ l-istess sess tiegħu u sab li aktar ma kien jipprova jgħakkishom, inqas kien qed jirnexxielu.
Ta’ sbatax-il sena rrealizza li dan kollu ma kien qed iservih għal xejn, u għalhekk irrikorra għand professjonisti fi ħdan il-Knisja biex jidderieġuh huma. U
Jaħrab it-tentazzjoni
Billi dejjem xtaq li jsir attur u kittieb ta’ drammi, huwa daħal l-Università ta’
Baqa’ jgħix fi
Qabel dan seħħ, iżda, huwa mar bħala missjunarju f’Żambja fejn kien responsabbli mill-programmi tad-drama fuq ir-radju. Issa li tkun raġel miġbud lejn irġiel oħrajn, tkun tgħix f’Żambja u taħdem għal missjoni Kristjana, żgur li ma kienetx ir-riċetta ideali tant li wara ftit taż-żmien spiċċa biex kellu jaħrab
Matul dawn is-snin kollha, Peterson Toscano kien iħoss li qed jgħix f’qabar, jiġġieled b’saħħtu kollha kontra l-ġibdiet sesswali tiegħu lejn irġiel oħrajn bħalu, jitlob lil ‘l Alla li jagħmlu "normali". Meta sab ruħu maqbud fi sqaq li ma jinfidx, irrikorra għall-aħħar tama li kellu, dik li jidħol jagħmel programm terapewtiku residenzjali ‘Love in Action’ li matul is-sentejn li għamel hemmhekk, ħadu fi New York, Colorado, l-Ingilterra, Tennessee u l-Ekwador. Kien iħoss li din kienet l-aħħar opportunità fit-taqbida tiegħu li jsib il-fejqan mill-ġibdiet omosesswali tiegħu.
Maqtugħ minn kważi l-bqija tad-dinja, hawnhekk għex ħajja iebsa u kellu jieħu sehem f’attivitajiet li jwaħħxu, iżda minn dan kollu ma qatax qalbu għax kien jemmen li bit-talb u b’dak kollu li kien qed jiġi sottomess li jagħmel, kien se jbiddel l-orjentament sesswali tiegħu, għallinqas hekk kienu ttambrulu f’moħħu.
Iqum mill-koma
Reġa ħareġ b’determinazzjoni kbira li jwettaq fil-prattika dak kollu li tgħallem, sakemm għodwa waħda fis-sena 1999, qam mill-"koma" li kien fiha u rrealizza li dak kollu li għamel u li kien qed jipprova jagħmel, ma kien xejn ħlief process li kien qiegħed, fil-veru sens tal-kelma, iġennu bil-mod il-mod. Wasal għall-konklużjoni li xejn ma kien qed jaħdem. Il-bidla ma kienetx possibli, għallinqas mhux bidla fl-orjentament sesswali. Iżda matul is-snin kollha li pprova jinbidel, fil-fatt kien inbidel. Sar persuna suwiċida, mimli mistħija u mibgħeda lejh innifsu. Il-proċess terapewtiku minflok bidlu f’persuna eterossesswali, fil-fatt kien kissru emozzjonalment u psikoloġikament. Kien fillġu fiżikament, neżżgħu
Wara li ammetta li kien qed jgħix f’gidba miegħu nnifsu u ma’ dawk ta’ madwaru, aċċetta li fl-aħħar mill-aħħar kien persuna gay u hekk, bl-għajnuna tal-familja u l-ħbieb tiegħu, beda jgħix ħajtu mill-ġdid. Għalkemm għall-bidu kien diffiċli għalih, huwa reġa’ sab lil ‘l Alla. Reġa beda jikteb xogħlijiet għat-teatru u l-ewwel biċċa xogħol kienet imsemmija "Footprints: An Inspirational Comedy", meditazzjoni komika fuq il-poeżija magħrufa "Footprints in the Sand".
Dan kien il-bidu f’mixja li tulha qatt ma ħares lura. Fil-kitbiet tiegħu huwa ispirat mill-poeżija, mill-Bibbja u kitbiet oħrajn kif ukoll intervisti estensivi. Huwa ppreżenta x-xogħlijiet teatrali tiegħu tista’ tgħid fl-istati kollha ta’ l-Amerika ta’ Fuq, fil-Kanada u fl-Ewropa, waqt li jidher regolarment fuq it-televiżjoni Amerikan u anke f’films. Deher ukoll fil-film dokumentarju ‘Fish Can’t Fly’, li jesplora l-konflitt li ħafna lesbjani u gays kellhom mal-fidi Nisranija tagħhom.
Fis-sena 2003 kien ippreżenta s-satira "Doin’ Time in the Homo No Mo Halfway House’ dwar l-esperjenzi tiegħu fil-programm ex-gay, ‘Love in Action’, fejn jinterpreta sitt personaġġi differenti. Xogħlijiet oħrajn jinkludu fost oħrajn ‘Queer 101’, ‘How the Indians Discovered Columbus’, ‘The Re-Education of George W. Bush’ u ‘Transfigurations – Transgressing Gender in the Bibble’.
F’Malta wkoll
Fis-sena 2007, flimkien ma’ Christine Bakke li wkoll kienet għamlet il-programm terapewtiku ‘Out of Love’, Peterson Toscano illanċja ‘Beyond Ex-Gay’ (bXg), riżorsa on-line li jgħin persuni oħra li għamlu programmi terapewtiċi simili. Hu regolarment ikun mistieden jitkellem f’konferenzi nazzjonali dwar il-ħsara li jistgħu jikkawżaw terapiji mmirati li jbiddlu l-orjentament sesswali ta’ persuni lesbjani u gay. Fl-preżent, huwa jgħix f’Hartford,
Kien bl-inizjattiva tal-grupp LGBT Kattoliku, Drachma, li Peterson Toscano aċċetta b’ċerta ħerqa li jiġi wkoll
Nhar il-Ġimgħa, 18 ta’ Lulju, huwa se jippreżenta ‘The Re-Education of George W. Bush’ fejn permezz tad-diversi karattri maħluqin u maħdumin minnu, jagħti lezzjoni lil George Bush u lill-udjenza tiegħu dwar: l-istorja, il-gwerer, il-privileġġ tal-kulur tal-ġilda, l-ambjent, is-sessiżmu, il-qari żbaljat tal-Bibbja, l-umanità u ħafna aktar.
L-għada, is-Sibt, 19 ta’ Lulju, ikun imiss li tkun ippreżentata l-kummiedja ‘Transfigurations - Transgressing Gender in the Bible’. Hawnhekk, Petreson Toscano jagħti ħarsa mhux tas-soltu lejn l-iskrittura Ebrajka u dik Nisranija, bl-attenzjoni tiegħu mitfugħa fuq karattri transesswali jew tax-xorta ta’ sess omosesswali, liema individwi huma magħrufin jew mhux daqstant magħrufin iżda li kellhom sehem kbir fil-ġrajjiet irrakkontati fil-Bibbja.
"L-iskop tiegħi huwa li indaħħak lin-nies sakemm ma jkunux jifilħu jidħku aktar u jkun f’dan il-mument li b’mod niġġiż noħroġ fid-deher l-umaniżmu ta’ l-esperjenza omosesswali u nikxef l-uġigħ li jħossu dawk li b’mod iddisprat iridu jew jixtiequ jkun xi ħaġa li m’humiex", jispjega Peterson Toscano.
No comments:
Post a Comment