www.it-torca.com (Dan l-artiklu mhux fuq l-website s'issa)
20 ta' Lulju 2008
minn SAMMY SAMMUT
Wara żmien twil ta’ stennija, il-Kummissjoni Ewropea fil-jiem li għaddew adottat proposta għal direttiva li tipprovdi protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni għal ragunijiet ta’ età, diżabilità, orjentazzjoni sesswali u religjon jew twemmin, lilhinn mill-post tax-xogħol. Din id-direttiva l-gdida għandha tiżgura trattament ugwali fl-oqsma tal-protezzjoni soċjali, inklużi s-sigurtà soċjali u l-kura tas-sahha, l-edukazzjoni u l-aċċess għal u l-forniment ta’ prodotti u ta’ servizzi disponibbli kummerċjalment lill-pubbliku, inklużi l-akkomodazzjoni fi djar.
Din il-proposta ntlaqgħet tajjeb minn diversi gruppi li jahdmu favur id-drittijiet umani billi fil-preżent, il-ligijiet ta’ l-UE jipprotegu biss kontra tali diskriminazzjoni jekk din issehh fuq il-post tax-xogħol. Fil-prattika dan ifisser li int tkun legalment protett jekk, per eżempju, ma tingħatax impjieg jew titkeċċa minnu minhabba l-orjentament sesswali tiegħek, kif ukoll jekk tkun iffastidjat minn xi kollegi fuq il-post tax-xogħol għax tkun gay jew lesbjana.
L-espressjoni ta’ sodisfazzjon kienet mistennija billi matul it-tlett xhur li għaddew, il-Kummissjoni tat indikazzjonijiet li x’aktarx kienet se tillimitata d-direttiva l-gdida biex din toffri biss protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni għal ragunijiet ta’ diżabilità, bir-rakkomandazzjonijiet ma jkollhom l-ebda rabta. Iżda wara pressjoni li saret, speċjalment mis-Soċjalisti, il-Liberali, il-Hodor u gruppi ohrajn tax-xellug fi hdan il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni ddeċidiet li tmur lura għall-pjan originali li din id-direttiva tkun tinkludi wkoll l-oqsma l-ohra.
Dan billi l-ambizzjoni inizjali tal-Kummissjoni kienet li din is-sena tingħata preċedenza lill-proposta kontra d-diskriminazzjoni f’diversi oqsma minhabba li għad baqa’ hafna lakuni fil-legizlazzjoni eżistenti ta’ l-UE li suppost tilqa’ kontra d-diskriminazzjoni. Barra minn hekk, jirriżulta li din l-legiżlazzjoni Ewropea ma lahqitx l-għanijiet kollha tagħha, apparti l-fatt li xi Stati Membri naqsu milli jimplimentaw għal kollox id-direttivi ta’ l-UE u ma nfurzawx biżżejjed biex l-istess legiżlazzjoni tkun imharsa fl-intier tagħha.
Diskiminazzjoni rampanti
Prova ta’ dan huwa r-riżultat ta’ stharrig li sar dan l-ahhar madwar l-UE. Minnu rriżulta li d-diskriminazzjoni għadha rampanti partikolarment f’każi ta’ orjentazzjoni sesswali (51%), diżabilità (45%), età u religjon (42% fiż-żewg każi). Barra minn hekk, wiehed minn tliet Ewropej jirrapportaw li raw b’għajnejhom diskriminazzjoni jew fastidju s-sena l-ohra, u 48% jahsbu li mhux qed isir sforz bizzejjed biex tigi miggielda din it-tbatija.
Fid-dawl ta’ dan kollu l-Kummissarju għall-Impjiegi, Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs, Vladimir Spidla, sahaq li "d-dritt għal trattament ugwali hu fundamentali, iżda miljuni ta’ persuni fl-UE għadhom jiffaċċjaw diskriminazzjoni fil-hajja ta’ kuljum. Attwalment, teżisti inugwaljanza fil-legizlazzjoni Komunitarja stess minhabba li persuni huma protetti kontra d-diskriminazzjoni lilhinn mill-post tax-xogħol għal ragunijiet biss ta’ sess u razza jew origini etnika. Għandna nizguraw trattament ugwali għar-ragunijiet kollha."
Nistgħu ngħidu li din id-dikjarazzjoni ċara tal-Kummissarju Spidla kienet eku ta’ dak li sahqu fuqu organizzazzjonijiet mis-soċjetà ċivili kif ukoll trejdunjins li jahdmu qatigħ għall-ugwaljanza, id-drittijiet umani u l-gustizzja soċjali. Dawn kienu jinkludi l-Fergħa Regjonali Ewropea ta’ l-Assoċjazzjoni Internazzjonali ta’ Persuni Gay u Lesbjani (ILGA-Europe), in-Netwerk Ewropew Kontra r-Razzizmu (ENAR), il-Konfederazzjoni Trejdunjonistika Ewropea (ETUĊ), il-Lobby tan-Nisa Ewropej (EWL), il-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej (EYF), in-Netwerk Ewropew Kontra l-Faqar (EAPN), in-netwerk ta’ NGOs li jahdmu favur il-gustizzja soċjali u ekonomika (SOLIDAR), kif ukoll il-Pjattaforma tal-Persuni Anzjani Ewropej (AGE).
Jidher li s-sejha komuni ta’ dawn kollha la kienet fiergħa u wisq inqas pwerili għax jeżistu provi mill-aktar ċari li d-diskriminazzjoni lilhinn mill-post tax-xogħol għadha wahda mifruxa sew. Bhala eżempju nistgħu nsemmu d-diskriminazzjoni li għadhom isofru persuni b’diżabilità, speċjament f’termini ta’ aċċessibilità għal u l-forniment ta’ prodotti u ta’ servizzi.
Teżisti wkoll diskriminazzjoni fil-konfront ta’ persuni anzjani f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-aċċess tagħhom mhux biss għal kura tas-sahha u dik soċjali, imma wkoll id-diffikultajiet li jhabbtu wiċċhom magħhom per eżempju fejn tidhol l-assikurazzjoni ta’ l-ivvjaggar u vetturi.
Daqstant iehor, fejn jidhlu persuni LGBT, mhux kulhadd fl-UE huwa protett kontra l-bullying omofobiku fl-iskejjel, kontra r-rifjut ta’ servizzi u trattament mediku, kontra r-rifjut li koppji ta’ l-istess sess jingħataw kamra wahda doppja f’lukandi, kif ukoll ir-rifjut għal skemi tas-sigurtà soċjali u housing soċjali adegwat minhabba l-orjentament sesswali tagħhom.
Hekk ukoll wiehed ma jridx jinsa’ d-diskriminazzjoni li hafna kienu u għadhom ibatu minhabba r-religjon jew it-twemmin li jhaddnu, sempliċiment għax jinsabu f’minoranza waqt li gruppi etniċi ohrajn igawdu protezzjoni shiha għal u l-forniment ta’ prodotti, faċilitajiet u servizzi lilhinn mill-post tax-xogħol.
Dawn huma biss ftit eżempji li juru l-htiega ta’ miżuri komprensivi ta’ non-diskriminazzjoni mehudin fil-qafas wisgħa internazzjonali tad-drittijiet umani, biex ikun assigurat li ma jkunx hemm fragmentazzjoni tal-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni li tista’ twassal għal inkonsistenzi legali u prattiċi, kif ukoll għal nuqqas ta’ trasparenza u koerenza politika.
Htiega ta’ koerenza
Politika li twassal għall-ugwaljanza u non-diskriminazzjoni hija importanti iżda mhix biżżejjed. Biex din tkun effettiva jinhtieg li politika bhal din tkun mwahhda sew ma’ politika soċjali adattata. Hemm ukoll il-htiega ta’ koerenza politika biex ikun assigurat li dak li jingħad li għandu jsir f’xi ligi ta’ l-UE ma tigix kontradetta f’qasam iehor tal-ligi ta’ l-UE.
Is-shab soċjali għandhom sehem importanti x’jagħtu biex tassew ma tkomplix id-diskriminazzjoni rampanti li teżisti. Ta’ min jiftakar li l-fatt li ma jkunx hemm diskriminazzjoni lilhinn mill-post tax-xogħol hafna drabi huwa pre-kundizzjoni għal ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol. Wara kollox, kultura ta’ non-diskriminazzjoni u integrazzjoni fuq il-post tax-xogħol tagħti lok għal kultura ta’ non-diskriminazzjoni u integrazzjoni lilhinn mill-post tax-xogħol u viċi versa.
Għalhekk, il-legiżlazzjoni l-gdida għandha l-ewwel u qabel kollox tindirizza l-inkonsistenzi li jezistu fil-qasam legali, u d-Direttivi eżistenti jkunu estiżi kontra d-diskriminazzjoni lilhinn mill-post tax-xogħol għar-ragunijiet kollha li s’issa m’humiex trattati, jigifieri dawk minhabba religjon jew twemmin, età, diżabilità u orjentazzjoni sesswali.
Il-legiżlazzjoni hija importanti u pre-kundizzjoni indispensabbli, iżda tinhtieg l-impenn ta’ l-awtoritajiet pubbliċi li jimplimentawha sew. Għalhekk hemm bżonn ta’ sanżjonijiet adegwati li jkollhom impatt reali u ta’ deterrent, u tali legiżlazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn miżuri li jassiguraw li min ihoss li gie ddiskriminat ikollu aċċess faċli biex iressaq l-ilmenti tiegħu u jingħata gustizzja.
Barra minn hekk għandhom isiru l-inqas eċċezzjonijiet possibli. Eċċezzjonijiet għar-regola generali ta’ trattament ugwali għandhom jithallew isiru meta tassew ikun hemm htiega genwina li dan isir, u bhala azzjoni pożittiva li tkun mehtiega li tittiehed biex tinkiseb l-ugwaljanza u biex ikunu indirizzati l-iżvantaggi speċifiċi li xi gruppi jkollhom jiffaċċjaw.
Min-naha tiegħu, il-Kummissarju Spidla jgħid li "l-miżuri li qegħdin nipproponu huma proporzjonati u ragunevoli. Dawn jagħtu ċertezza legali lill-kummerċ u lill-utenti ta’ prodotti u ta’ servizzi filwaqt li jirrispettaw kemm ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ diversi setturi kif ukoll ta’ tradizzjonijiet nazzjonali".
Jekk wiehed kellu joqgħod fuq dak li qed jingħad, il-ligi se tipprojbixxi kemm diskriminazzjoni diretta u indiretta kif ukoll il-fastidju u l-vittimizzazzjoni. Għal persuni b’diżabiltajiet, in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni se tinvolvi kemm l-aċċessibiltà generali kif ukollil-prinċipju ta’ "akkomodazzjoni ragunevoli" li diga tezisti fil-legizlazzjoni eżistenti Ewropea. Madankollu, din se tevita li jigi impost piż sproporzjonat fuq dawk li jipprovdu servizzi billi jkunu kkunsidrati d-daqs u r-rizorsi ta’ l-organizzazzjoni, in-natura tagħha, l-ispiża stmata, it-tul ta’ żmien qabel l-iskadenza tal-prodotti u s-servizzi u l-benefiċċji possibli ta’ aktar aċċess għal persuni b’diżabiltajiet. Id-direttiva se tapplika biss għal persuni privati sakemm dawn qed iwettqu l-attivitajiet kumemrċjali tagħhom.
Barra minn hekk, qed jintqal li l-iStati Membri se jibqgħu liberi li jżommu miżuri li jiżguraw in-natura sekulari ta’ l-iStat jew dak li jikkonċerna l-istatus u l-attivitajiet ta’ organizzazzjonijeit religjużi. Id-direttiva mhux se jkollha effett fuq prattiċi generali aċċettati bhalma huma tnaqqis fil-prezzijiet għal ċittadini anzjani jew restrizzjonijiet ta’ età għal aċċess ta’ ċerti prodotti bhall-alkohol u t-tabakk għal ragunijiet ta’ sahha pubblika.
Biex tigi żgurata l-effettività tal-miżuri proposti, entitajiet nazzjonali għall-ugwaljanza se jagħtu pariri lill-vittmi ta’ diskriminazzjoni filwaqt li organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili se jkollhom ukoll il-possibiltà li jgħinu vittmi fi proċeduri legali u amministrattivi.
Waqt li kien hemm kummenti pożittivi għall-fatt li l-iskop tad-direttiva proposta huwa identika għal dawk tad-direttivi li jipprotegu mid-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ razza, liema diskriminazzjoni tgawdi l-akbar protezzjoni sahansitra aktar minn dik li tista’ ssir minhabba x-xorta tas-sess ta’ dak li jkun, saret insistenza fuq il-htiega ta’ azzjoni akbar biex tkun attakkata d-diskriminazzjoni li qiegħda jew li tista’ ssir għar-ragunijiet ta’ nazzjonalità, kif ukoll minhabba shubija jew attività trejdunjonistika.
Mhix biżżejjed
Kien espress ukoll thassib dwar diversi provedimenti li tagħmel id-direttiva proposta li jistgħu jimminaw l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ l-ugwaljanza u n-non-diskriminazzjoni fil-konfront ta’ persuni lesbjani, gay, bisesswali u transesswali (LGBT) fl-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari ssemma’ l-fatt li d-direttiva proposta thalli barra l-protezzjoni kontra trattament differenti fuq il-bażi ta’ l-istatus ta’ żwieg | familja u fil-qasam tad-drittijiet ta’ riproduzzjoni.
Li jkun hemm eċċezzjoni għall-prinċipji ta’ trattament ugwali u non-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ l-istatus ta’ żwieg | familja se twassal għal diskriminazzjoni għal hafna familji LGBT u għal uliedhom madwar l-UE f’dak li huwa aċċess għall-protezzjoni soċjali, prodotti u servizzi. Ta’ min jgħid li d-diskriminazzjoni u l-iżvantaggi konsegwenzjali li sofrew familji LGBT u uliedhom kienu indikati f’rapport ippubblikat dan l-ahhar mill-Agenzija ta’ l-UE għad-Drittijiet Fundamentali, bhala sors ta’ thassib serju.
Qasam iehor ta’ thassib huwa dak li x-xorta tas-sess ta’ dak li jkun se jsir ir-raguni l-inqas protetta mid-diskriminazzjoni fil-legizlazzjoni ta’ l-UE. Fil-preżent, id-diskriminazzjoni minhabba x-xorta tas-sess ta’ dak li jkun, hija projbita f’oqsma bhalma huwa x-xogħol u l-aċċess għal prodotti u servizzi, iżda mhux f’oqsma ohra bhalma hija l-edukazzjoni. Kienet espressa t-tama li l-Kummissjoni tipproponi u timpenja ruhha li fl-iqsar żmien possibli tindirizza l-inugwaljanza li teżisti f’dawk li huma drittijiet u protezzjonijiet.
Iżda, kollox ma’ kollox, wiehed japprezza l-passi kbar Œil quddiem li huma ppjanati li jsiru permezz tal-proposti li l-Kummissjoni Ewropea qiegħda tagħmel. Wiehed jittama li l-iStati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea isegwu lill-Kummissjoni u jagħtu lin-nies kollha ta’ l-UE dak li jimmeritahom u dak li huma intitolati għalih jigifieri r-rispett, id-dinjità u l-ugwaljanza.
Bl-illivellar tad-drittijiet u l-protezzjonijiet mid-diskriminazzjoni, l-UE tkun qiegħda timla’ vojt kbir li jezisti fil-legizlazzjoni tagħha ta’ l-ugwaljanza u n-non-diskriminazzjoni. Tkun ukoll qiegħda tagħti prova li dawn il-prinċpji m’humiex kliem vojta ta’ imgieba politika korretta inkluzi fit-Trattati, izda jfissru li fejn tidhol kull tip ta’ diskriminazzjoni, l-UE tassew tiehu l-affarijiet bl-akbar serjetà.
Għalhekk huwa importanti li l-istituzzjonijiet ta’ l-UE jindirizzaw in-nuqqasijiet li fadal x’jigu rrangati biex tassew nassiguraw li l-prinċipji ta’ l-ugwaljanza u n-non-diskriminazzjoni inkluzi fit-Trattati ta’ l-UE jigu attwati f’mekkanizmi sinifikattivi u effettivi għall-popli kollha tal-Unjoni Ewropea.
Huwa b’hekk biss li jkun assigurat il-qtugħ taz-zarda biex tassew int ma tkunx iddiskriminat.
No comments:
Post a Comment